Left arrow Mur Lura

HIDMA INDIRIZZATA GHALL-BINI TA' ZONI NDUSTRIJALI GHAL NEGOZJI ZGHAR

pr1776
Date Icon 23/11/2001

Fil-budget tas-sena li għaddiet il-Gvern ivvota Lm350 000 għal irranġar ta' toroq u l-għoti ta' servizzi infrastrutturali f'żoni ndustrijali li ma humiex taħt ir-responsabbilita ta' l-M.D.C. Permezz ta' dan il-vot ser jitħallas l-ewwel fażi tax-xogħol li d-dipartiment tat-toroq beda fuq l-għoti tat-tarmac u s-servzzi oħra infrastrutturali li kien għadhom nieqsa fl-Imriehel, il-Ħandaq u f'Ħaż-Żebbuġ. F'dan il-budget il-Ministru tal-Finanzi reġa' alloka l-istess ammont ta' finanzi biex is-sena li ġejja jsir il-kumplament tax-xoghol fuq it-tieni fażi u bil-hidma u l-impenn tal-Ministeru responsabbli mit-toroq f'pajjiżna, din il-ħidma tkun imxerrda f'żoni ndustrijali privati li ma humiex ta' l-MDC u f'żoni ndustrijali oħra f'inħawi oħra barra l-Ħandaq, L-Imrieħel u Ħaż-Żebbuġ.

Kif dan il-vot mogħti lill-Uffiċċju tas-Segretarjat għas-self-employed u negozji żgħar fi ħdan il-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi, wasal biex jibda jsir ix-xogħol tant meħtieġ fiż-żoni ndustrijali, issa f'dan il-budget il-Ministru għall-Finanzi qed jagħti vot ġid lil istess Segretarjat għas-Self-employed u negozji żgħar biex jara li jibda ħidma li għandha twassal biex il-problema ta' nuqqas ta' spazju għal żoni ndustrijali għas-self-employed u negozji żgħar li ma jistgħux japplikaw għal spazju f'żoni ndustrjali ta' l-MDC jsibu fejn jistgħu jaħdmu.

Il-problema diġa bdiet tiġi diskussa mis-Segretarju Parlamentari l-Onor. Edwin Vassallo iżda issa permezz ta' dan il-vot is-Segretarjat għas-self-employed fi ħdan il-Ministeru tas-servizzi ekonomiċi ser ikollu r-responsabbilita li jsib soluzzjoni għal din il-problema li qed tinkwieta tant individwi li għandhom nuqqas ta' spaju fejn jaħdmu. Għalhekk dan il-budget qed jgħin biex jiffoka fuq sitwazzjonijiet li qabel ma kienx hemm tant attenzjoni fuqhom. Bir-raġun kollu dan il-budget qed jinvesti fis-self-employed u negozji żgħar.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow