Left arrow Go Back

GĦOTJIET TA' Lm46,000 F'INĊENTIVI IMQASSMA F'GĦAWDEX

pr1772
Date Icon 23/11/2001

L-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex, ricentement qassmet għotjiet li jammontaw għal iktar minn Lm46,000 f'inċentivi għall-industriji u sajjieda li joperaw f'Għawdex.

L-industrija Għawdxija għandha spejjeż addizzjonali, bħalma huma l-ispejjeż tat-trasport bil-baħar bejn Malta u Għawdex. Għalhekk, l-Att dwar il-Promozzjoni ta' Negozji ta' l-1988 jipprovdi għall-għoti ta' inċentivi lil kumpaniji Għawdxin biex ikopru l-ispejjeż addizzjonali għat-trasport. L-għotjiet għall-industrija li tqassmu llum jammontaw għal Lm33,825.75.

F'diskors li għamlet il-Ministru Debono rreferiet għall-iżvantaġġi u l-problemi li jiltaqgħu magħhom dawk li joperaw fis-settur industrijali f'Għawdex iżda saħqet ukoll li Għawdex joffri wkoll vantaġġi u opportunitajiet. Hija qalet illi minkejja d-diffikultajiet li jiffaċċjaw l-istess industriji Għawdxin, irnexxielhom mhux biss jipproduċu prodotti ta' livelli għolja iżda wkoll jesportaw lejn pajjiżi 'l barra minn xtutna.

Il-kumpaniji li rċevew l-għotjiet kienu l-Gozo Aluminium Ltd., Merit Precision Tools Ltd., Metal Can Ltd., Meritronic Ltd. u MP Clothing Ltd.

L-inċentivi lil sajjieda Għawdxin hija awtorizzata mill-Att dwar l-Għajnuna Finanzjarja lill-Industriji tal-Biedja u tas-Sajd, ta' l-1956 li tipprovdi għajnuna lill-industrija tas-sajd fl-akkwist ta' dgħajjes jew tagħmir kif ukoll titjib li jsaħħaħ l-istess industrija tas-sajd fil-gżira. B'kollox tqassmu Lm12,381.00 f'għajnuna finanzjarja lil sajjieda Għawdxin llum.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow