Inawgurazzjoni ta’ Multipurpose Pitch fil-Margaret Mortimer Junior Lyceum Santa Lucia
pr1770
23/11/2001
| Dalghodu s-Segretarju Parlamentari Jesmond Mugliett inawgura multipurpose | pitch fil-Margaret Mortimer Junior Lyceum ta’ Santa Lucia. Wara li kien tlesta l-bini kollu relatat ma’ klassijiet u laboratorji ta’ din l-iskola, l-uniku investiment li kien jonqos kien il-bini ta’ facilitajiet sportivi u rikrejattivi ta’ l-iskola. |
| Sa issa, iz-zona fejn jilghabu t-tfal ta’ l-iskola | kienet tikkonsisti f’saqaf ta’ gibjun u tennis court. Kien ghalhekk li nhass il-bzonn li dan is-saqaf isirulu x-xoghlijiet mehtiega biex jilqa’ fih il-prattika ta’ diversi sports u loghob iehor. Il-htiega biex isir dan ix-xoghol bdiet aktar tinhass minn meta il-Physical Education sar suggett li wiehed jista’ joqghod ghall-ezami tas-SEC. Fil-fatt il-Margaret Mortimer Junior Lyceum ghandu l-akbar numru ta’ studenti li ghazlu l-Physical Education bhala optional subject. In-numru ta’ dawn l-istudenti jlahhaq 22. |
| Il-progett tal-wicc multipurpose ser jghin biex it-tahrig | ta’ dawk id-dixxiplini sportivi indikati f’dan l-ezami jista’ jsir fl-iskola. Il-materjal uzat huwa skond specifikazzjonijiet internazzjonali ghal diversi loghob. L-ispiza ghal dan il-progett kienet tlahhaq it-Lm80,000. Il-progett jinkludi x-xiri ta’ taghmir sportiv li ser jghin ukoll fl-istess prattika. Sa issa nxtraw 4 light gym mats u mat trolley. L-investiment fil-facilitajiet sportivi fil-Margaret Mortimer Junior Lyceum mhux ser jieqaf hawn. Bhalissa ghaddej progett sabiex tinbena sala fejn jista’ jigi prattikat l-indoor sport. Id-disinn ta’ din is-sala diga tlesta u l-applikazzjoni biex ikun jista’ jibda x-xoghol giet mitfugha ghand l-Awtorita` ta’ l-Ippjanar. |
| Meta jitlesta dan il-progett tista’ tghid li l-iskola | ser tkun provduta b’facilitajiet sportivi li wiehed jassocja ma’ skola moderna. Huwa ttamat li l-Margaret Mortimer Junior Lyceum tkun tista’ tghin biex dawn il-facilitajiet ikunu wzati mill-kommunita` wara l-hin ta’ l-iskola. |
| Dan il-progett juri l-impenn tal-Gvern fil-qasam | sportiv. Dan it-tip ta’ investiment jirrifletti l-importanza li qeghda tinghata lill-isport biex it-tfal u z-zghazagh taghna jkollhom facilitajiet sportivi adegwati fejn ikunu jistghu jitharrgu sa minn eta` zghira. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN