Left arrow Go Back

Inawgurazzjoni ta’ Multipurpose Pitch fil-Margaret Mortimer Junior Lyceum Santa Lucia

pr1770
Date Icon 23/11/2001
Dalghodu s-Segretarju Parlamentari Jesmond Mugliett inawgura multipurposepitch fil-Margaret Mortimer Junior Lyceum ta’ Santa Lucia. Wara li kien tlesta l-bini kollu relatat ma’ klassijiet u laboratorji ta’ din l-iskola, l-uniku investiment li kien jonqos kien il-bini ta’ facilitajiet sportivi u rikrejattivi ta’ l-iskola.
Sa issa, iz-zona fejn jilghabu t-tfal ta’ l-iskolakienet tikkonsisti f’saqaf ta’ gibjun u tennis court. Kien ghalhekk li nhass il-bzonn li dan is-saqaf isirulu x-xoghlijiet mehtiega biex jilqa’ fih il-prattika ta’ diversi sports u loghob iehor. Il-htiega biex isir dan ix-xoghol bdiet aktar tinhass minn meta il-Physical Education sar suggett li wiehed jista’ joqghod ghall-ezami tas-SEC. Fil-fatt il-Margaret Mortimer Junior Lyceum ghandu l-akbar numru ta’ studenti li ghazlu l-Physical Education bhala optional subject. In-numru ta’ dawn l-istudenti jlahhaq 22.
Il-progett tal-wicc multipurpose ser jghin biex it-tahrigta’ dawk id-dixxiplini sportivi indikati f’dan l-ezami jista’ jsir fl-iskola. Il-materjal uzat huwa skond specifikazzjonijiet internazzjonali ghal diversi loghob. L-ispiza ghal dan il-progett kienet tlahhaq it-Lm80,000. Il-progett jinkludi x-xiri ta’ taghmir sportiv li ser jghin ukoll fl-istess prattika. Sa issa nxtraw 4 light gym mats u mat trolley. L-investiment fil-facilitajiet sportivi fil-Margaret Mortimer Junior Lyceum mhux ser jieqaf hawn. Bhalissa ghaddej progett sabiex tinbena sala fejn jista’ jigi prattikat l-indoor sport. Id-disinn ta’ din is-sala diga tlesta u l-applikazzjoni biex ikun jista’ jibda x-xoghol giet mitfugha ghand l-Awtorita` ta’ l-Ippjanar.
Meta jitlesta dan il-progett tista’ tghid li l-iskolaser tkun provduta b’facilitajiet sportivi li wiehed jassocja ma’ skola moderna. Huwa ttamat li l-Margaret Mortimer Junior Lyceum tkun tista’ tghin biex dawn il-facilitajiet ikunu wzati mill-kommunita` wara l-hin ta’ l-iskola.
Dan il-progett juri l-impenn tal-Gvern fil-qasamsportiv. Dan it-tip ta’ investiment jirrifletti l-importanza li qeghda tinghata lill-isport biex it-tfal u z-zghazagh taghna jkollhom facilitajiet sportivi adegwati fejn ikunu jistghu jitharrgu sa minn eta` zghira.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow