Bejgh ta’ proprjeta’ residenzjali amministrata mill-Ufficcju Kongunt
pr1766
23/11/2001
| Kif thabbar fid-diskors tal-Budget ghas-sena 2002, | il-Gvern qed jimpenja ruhu li jbiegh, jew jifdi c-cens ta` dawk l-postijiet kollha, amministrati mill-Ufficju Kongunt, dment illi huma uzati bhala residenza ordinarja u/jew bhala postijiet ta’ villegjatura. |
| Dan japplika kemm ghall-postijiet li huma mikrija b’kera, | kif ukoll dawk moghtija b’cens, sew jekk perpetwu (anke jekk rivedibbli) sew jekk temporaneju. |
| Din l-iskema hija wahda purament volontarja. U | ghalhekk, anke jekk wiehed jibghat jinforma lill-Ufficcju Kongunt illi jixtieq jixtri jew jifdi c-cens, imbaghad, jew jiddeciedi li ma jersaqx ghall-kuntratt, ghal kwalunkwe raguni, ez. ma joghgbux il-prezz li jkun gie iffissat mill-Ufficcju Kongunt, jew jerga` jibdielu, allura ma jkun hemm ebda penali. |
| Kull proprjetà li kienet tal-Knisja trid, skond | il-ftehim li sar bejn is-Santa Sede u l-Gvern Malti fl-1991, tigi registrata fir-Registru ta’ l-Artijiet. |
| Ghalhekk, meta l-ufficju jircievi l-ittra, l-ufficju | jibghat nota dwar l-informazzjoni illi ghandu, biex b’hekk, jigi evitat illi isiru spejjez doppji ghal xejn. Però, fejn ma hemmx id-dokumenti mehtiega, allura min japplika ghandu jqabbad lin-nutar u l-perit li jrid hu, sabiex dawn jippreparawlu d-dokumenti u pjanti mehtiega ghar-registrazzjoni. L-ispejjez marbuta ma’ l-akkwist tad-dokumenti (fejn m’hemmx), u l-pjanti ghar-registrazzjoni huma a karigu ta’ l-applikant u hu ghalhekk illi ma hemm ebda hlas amministrattiv ma’ l-applikazzjoni. |
| L-Ufficcju jirriserva ukoll id-dritt li, fl-interess | pubbliku, proprjetà partikolari ma tinbieghx. |
| Fl-ittra li tintbaghat, l-applikant ghandu jindika | jekk il-proprjetà hijiex residenzjali jew ta’ villeggjatura; u ma’ l-ittra tintbaghat kopja ta` l-ahhar ricevuta biex jigi zgurat li l-kera jew cens huma mhallsa sa l-ahhar skadenza. |
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN