Left arrow Mur Lura

Laqgha bejn is-Segretarju Parlamentari jesmond mugliett u l-Membri ta’ l-Ezekuttiv il-gdid tal-Kunsill Nazzjonali taz-Zghazagh

pr1757
Date Icon 22/11/2001

Il-Membri ta’ l-Ezekuttiv il-gdid tal-Kunsill Nazzjonali taz-Zghazagh iltaqgha mas-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, l-Onor. Jesmond Mugliett. Matul din il-Laqgha gew diskussi bosta affarijiet fosthom il-Pjan ta’ Hidma tal-Kunsill ghas-sena 2002, sena li matula ser jigi ccelebrat l-ghaxar anniversarju mit-twaqqif ufficjali tal-Kunsill. Ghal dan il-ghan il-Kunsill qed jipproponi li johrog b’corporate image gdid. Il-hidma ta’ l-Ezekuttiv tal-KNZ tipproponi li: -

  • tinholoq website tal-Kunsill
  • jitwaqqaf sotto-kumitat ghal Ghawdex
  • jerga’ jlaqqa’ l-Parlament taz-Zghazagh
  • jigi organizzat seminar sabiex il-partijiet kollha nteressati jiddiskutu l-Politika Nazzjonali taz-Zghazagh u jaghmlu l-emendi mehtiega
  • tittella` Konferenza Nazzjonali dwar id-diversita` fost iz-zghazagh sabiex iz-zghazagh f’minoritajiet ikollhom l-opportunita’ isemmghu lehinhom
  • jigu organizzati attivitajiet ta’ divertiment fosthom Lejla Kulturali, Youth Sports Day, Jum iz-Zghazagh ecc.

Is-sena l-ohra, il-Kunsill Nazzjonali taz-Zghazagh organizza b’success il-Med-Youth Forum f’Malta. L-Ezekuttiv il-gdid qed jippjana xi attivita` simili sabiex Malta tigi rikonoxxuta aktar ma’ pajjizi ohra u l-Kunsill ikun jista’ jsahhah lehnu ma’ ghaqdiet Internazzjonali. B’dan il-mod il-Kunsill ikun qed iwettaq fil-prattika dak li l-Politika Nazzjonali taz-Zghazagh titkellem dwaru vis-à-vis ir-relazzjoni ta’ Malta mal-pajjizi tal-Meditterran u l-Ewropa.

Is-Segretarju Parlamentari Jesmond Mugliett awgura lill-Ezekuttiv il-gdid tal-Kunsill Nazzjonali taz-Zghazagh li jkun proattiv kemm jista’ jkun u jixpruna liz-zghazagh ghal aktar inpenn. Il-Perit Mugliett sahaq fuq l-importanza ta’ koperazzjoni kontinwa bejn il-Kunsill u d-Dipartiment taz-Zghazagh u Sport.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow