Laqgha bejn is-Segretarju Parlamentari jesmond mugliett u l-Membri ta’ l-Ezekuttiv il-gdid tal-Kunsill Nazzjonali taz-Zghazagh
Il-Membri ta’ l-Ezekuttiv il-gdid tal-Kunsill Nazzjonali taz-Zghazagh iltaqgha mas-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, l-Onor. Jesmond Mugliett. Matul din il-Laqgha gew diskussi bosta affarijiet fosthom il-Pjan ta’ Hidma tal-Kunsill ghas-sena 2002, sena li matula ser jigi ccelebrat l-ghaxar anniversarju mit-twaqqif ufficjali tal-Kunsill. Ghal dan il-ghan il-Kunsill qed jipproponi li johrog b’corporate image gdid. Il-hidma ta’ l-Ezekuttiv tal-KNZ tipproponi li: -
- tinholoq website tal-Kunsill
- jitwaqqaf sotto-kumitat ghal Ghawdex
- jerga’ jlaqqa’ l-Parlament taz-Zghazagh
- jigi organizzat seminar sabiex il-partijiet kollha nteressati jiddiskutu l-Politika Nazzjonali taz-Zghazagh u jaghmlu l-emendi mehtiega
- tittella` Konferenza Nazzjonali dwar id-diversita` fost iz-zghazagh sabiex iz-zghazagh f’minoritajiet ikollhom l-opportunita’ isemmghu lehinhom
- jigu organizzati attivitajiet ta’ divertiment fosthom Lejla Kulturali, Youth Sports Day, Jum iz-Zghazagh ecc.
Is-sena l-ohra, il-Kunsill Nazzjonali taz-Zghazagh organizza b’success il-Med-Youth Forum f’Malta. L-Ezekuttiv il-gdid qed jippjana xi attivita` simili sabiex Malta tigi rikonoxxuta aktar ma’ pajjizi ohra u l-Kunsill ikun jista’ jsahhah lehnu ma’ ghaqdiet Internazzjonali. B’dan il-mod il-Kunsill ikun qed iwettaq fil-prattika dak li l-Politika Nazzjonali taz-Zghazagh titkellem dwaru vis-à-vis ir-relazzjoni ta’ Malta mal-pajjizi tal-Meditterran u l-Ewropa.
Is-Segretarju Parlamentari Jesmond Mugliett awgura lill-Ezekuttiv il-gdid tal-Kunsill Nazzjonali taz-Zghazagh li jkun proattiv kemm jista’ jkun u jixpruna liz-zghazagh ghal aktar inpenn. Il-Perit Mugliett sahaq fuq l-importanza ta’ koperazzjoni kontinwa bejn il-Kunsill u d-Dipartiment taz-Zghazagh u Sport.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN