Left arrow Mur Lura

TFAL U GHALLIEMA JGAWDU MILL-PROGRAMM COMENIUS TA’ L-UNJONI EWROPEA

pr1753
Date Icon 22/11/2001
S'issa aktar minn 1700 tifel u tifla, kif ukoll numru kbir ta' għalliema,diġa' pparteċipaw fi proġetti tal-programm Comenius ta' l-Unjoni Ewropea. Din il-ġimgħa, tliet studenti ta' l-iskola Primarja Guże' Delia tas-Siġġiewi flimkien ma' għalliema mill-istess skola, se jmorru Brussell għal ġimgħa ta' attivitajiet ma' tfal u għalliema minn pajjiżi oħra ta' l-UE u pajjiżi applikanti. Waqt il-Comenius Week, bejn l-24 u s-27 ta' Novembru,se jsiru attivitajiet edukattivi u kreattivi kemm għat-tfal kif ukoll għall-għalliema li se jkunu qed jakkumpanjawhom. Hawn Malta fis-27 ta' Novembru, se ssir attivita' għal Comenius Day, fejn tfal Maltin se jkunu jistgħu jipparteċipaw f'din il-ġimgħa ta' attivitajiet.
Bħalissa hawn 44 skola li qed jipparteċipawfil-programm Comenius ta' l-UE. Il-Comenius hu wieħed minn numru ta' programmi li jaqgħu taħt il-kappa tal-programm Socrates li hu immirat lejn l-edukazzjoni mil-livell ta' kindergarten u l-primarja sal-livell terzjarju. Il-programm Comenius hu maħsub biex itejjeb il-kwalita' ta' l-edukazzjoni kif ukoll jagħti dimensjoni Ewropea lill-istudenti fl-iskejjel. Dawk l-iskejjel li jipparteċipaw f'dan il-programm jistgħu jissieħbu ma' skejjel oħra mill-UE u minn pajjiżi applikanti, biex flimkien joħolqu proġetti li jgħinu fit-tagħlim ta' l-istudenti. Il-programm Comenius jgħin ukoll biex l-għalliema jkollhom taħriġ u żvilupp professjonali kif ukoll biex jiksbu u jiskambjaw esperjenzi edukattivi.
Mill-44 skola li qed jipparteċipaw fil-Comenius,ħames skejjel qed jipparteċipaw għat-tieni darba. Fil-fatt s-sena l-oħra l-iskola tas-Siġġiewi ssieħbet ma' skejjel fil-Fillandja, l-Ungerija u l-Irlanda fuq proġett dwar stejjer għat-tfal.

Bħalissa, l-iskejjel huma mseħbin:

F'35 proġett imfassal mill-iskejjel infushom

F'4 proġetti dwar lingwi

F'5 proġetti dwar żvilupp ta' pjan għall-iskola

Ma dawn, erba' għalliema minn skejjel primarji u sekondarji ta' l-iStat u Indipendenti, segwew korsijiet fl-Ingilterra, l-Italja u Franza. Saru ukoll erba' proġetti ċentralizzati li fihom ipparteċipaw:

  • Id-Dipartiment tal-Matematika Xjenza u Edukazzjoni Teknika ta' l-Universita' ta' Malta (proġett ikkoordinat mill-Manchester Metropolitan University);
  • Id-Dipartiment ta' l-Arti u Lingwi ta' l-Universita' ta' Malta u l-iSkola Sekondarja Furtu Selvatiku (proġett ikkoordinat mid-dipartiment ta' l-agrikoltura tad-Danimarka);
  • Il-Junior College, l-iSkola Primarja ta' l-Imqabba, l-iSkola San Andrea u l-Istitut tat-Teknoloġija ta' l-Ilma fl-Universita' ta' Malta (proġett ikkoordinat minn-Hogskolen I Buskerud fin-Norveġja);
  • Id-Dipartiment tal-Foundations in Education, l-Universita' ta' Malta (proġett ikkoordinat minn Siuolaikiniu Didiktiku Centras tal-Litwanja).

Waqt żjara li għamel fl-iskola Primarja Ġuże' Delia tas-Siġġiewi, il-Ministru ta' l-Edukazzjoni Louis Galea faħħar din l-iskola għall-inizjattiva li qed turi f'dan il-qasam. Il-Ministru qal li l-Gvern qed jagħmel dak kollu possibbli u qed jinvesti ammont ta' flus konsiderevoli biex flimkien mal-fondi li qed toħroġ l-UE joffri opportunitajiet ġodda għall-iżvilupp edukattiv tat-tfal u l-għalliema tagħna.

Il-Ministru tenna li hu importanti li nagħrfu l-opportunitajiet li għandna quddiemna u li nagħmlu ħilitna biex niksbu l-aktar benefiċċji minn dawn l-opportunitajiet. Il-Ministru qal li hemm numru sabiħ ta' skejjel li qed jipparteċipaw fil-programm Comenius. Huwa ħeġġeġ aktar skejjel jieħdu l-inizjattiva u jissieħbu f'dawn il-programmi biex b'hekk aktar tfal minn bliet u rħula differenti jkollhom ċans igawdu mill-opportunitajiet li qed joffru l-programmi ta' l-Unjoni Ewropea.

Il-Ministru fakkar li fl-ewwel sena tagħha l-EUPU - it-taqsima li tieħu ħsieb il-programmi ta' l-UE - irnexxielha toħloq parteċipazzjoni fil-programmi Socrates, Leonardo da Vinci, Youth u Fifth Framework. Diġa' pparteċipaw madwar 500 persuna fil-programmi ta' l-UE u din il-parteċipazzjoni hi maħsuba li tiżdied fis-snin li ġejjin.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow