Left arrow Mur Lura

Diskors mis-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ta’ l-Intern, il-Perit George Pullicino, waqt it-tnedija tal-Home Fair – Naxxar

pr1748
Date Icon 21/11/2001
Minkejja li fl-ahhar sitt snin f’Malta kien hawn zjieda medja ta’ householdsta’ 1,700 fis-sena, fl-istess perjodu l-Awtorita` ta’ l-Ippjanar harget medja ta’ 3,500 permess ghall-bini ta’ zvilupp residenzjali kull sena. Dan ifisser li ghal kull household gdid li jinholoq, qed jinbnew zewgt idjar jew appartamenti. Dan jista’ jigi interpretat li iktar djar jew appartamenti qed jinbnew milli hawn domanda gdida ghalihom. Dan johrog minn studju li hejjiet l-Awtorita` ta’ l-Ippjanar bhala parti mir-revizjoni tal-Pjan ta’ Struttura.
It-topic paper dwar id-Demografija li hejjietl-Awtorita`ta’ l-Ippjanar u approvata mill-Awtorita` ta’ l-Istatistika turi li fl-20 sena li gejjin huwa stmat li jkun hawn madwar 32,000 household gdid. Din l-istima ta’ zieda hija attribwita in parti ghax-xejra li iktar nies se jkunu jghixu wahedhom, kemm anzjani kif ukoll zghazagh. L-isfida ghall-industrija tal-bini residenzjali hija li taghraf dawn ix-xejriet godda demografici u tiddisinja bini li veru jkun hemm domanda ghalih. L-isfida ghall-Awtorita` ta’ l-Ippjanar hija li tkun dejjem konxja tat-tibdil demografiku u socjali li jsehh fil-pajjiz biex il-policies ta’ l-ippjanar jirriflettu dawn ix-xejriet socjali. Ghalhekk huwa mportanti hafna l-kontribut li jaghmlu l-agenziji kollha tal-Gvern, l-NGOs u l-pubbliku generali fit-tfassil tal-pjani u policies ta’ ippjanar. F’dawn l-ahhar xhur saru konsultazzjonijiet estensivi bejn l-Awtorita` ta’ l-Ippjanar u agenziji tal-Gvern biex jitfasslu diversi topic papers li jolqtu aspetti tal-Pjan ta’ Struttura.
Ic-censiment ta’ l-1995 wera illi 23 fil-mijatad-djar f’Malta huma vojta. Huwa kkalkulat li madwar terz minn dawn id-djar vojta jintuzaw bhala villeggatura. Min-naha l-ohra 75 fil-mija tad-djar vojta huma fi stat tajjeb.
Il-kwistjoni tad-djar vojta fil-pajjiz bilforsthasseb lil kull Gvern. Il-pajjiz ma jiflahx illi jsir iktar bini fil-kampanja. Skond stharrig li l-Awtorita` ta’ l-Ippjanar ghamlet sentejn ilu u li fih hadu sehem kwazi 6,000 ruh, 75% tan-nies ihossu li Malta mibnija wisq. Ghalehkk huwa mportanti li l-bini vojt jintuza biex ma jkunx hemm pressjoni biex tinbena art fil-kampanja.
Biex ikun hemm analizi iktar fonda ta’ bini (kemmjekk vojt u kemm jekk uzat) u l-istat tieghu, mill-gimgha l-ohra bdew jintlaqghu applikazzjonijiet ghall-partecipazzjoni fi skema volontarja ta’ registrazzjoni ta’ proprjeta` fil-Belt Valletta, Floriana, Birgu, Bormla u l-Isla. Din l-iskema taghlaq fil-15 ta’ Frar tas-sena d-diehla. Intghazlu dawn il-lokalitajiet minhabba l-fatt illi fihom jezisti l-ikbar proporzjon ta’ bini vojt illi huwa fi stat hazin paragunat ma’ postijiet ohra f’Malta. Ghalhekk minbarra l-problemi li hemm assocjati ma’ bini vojt, bhal per ezempju problemi ta’ bosta sidien jew is-sidien kollha ma jkunux maghrufa, dawn il-hames lokalitajiet ghandhom problema specifika rigward l-istat tal-bini vojt. Ghalhekk il-Gvern hass illi l-iskema ghandha tikkoncentra f’dawn l-inhawi.
Jien nappella lis-sidien kollha ta’ proprjeta` f’dawnil-lokalitajiet biex jirregistraw il-proprjeta` taghhom, kemm jekk vojta u kemm jekk uzata, taht din l-iskema. Il quddiem ir-registrazzjoni ser tkun obbligatorja ghall-pajjiz kollu. Mimbarra sussidju fuq l-ispejjez tar-registrazzjoni u l-preparazzjoni tal-pjanti ghar-registrazzjoni, l-iskema toffri incentivi li l-Gvern jista’ jhabbar ‘il quddiem ghal proprjeta` li tigi registrata taht din l-iskema. Dan jista’ jghin biex in-negozju u/jew rigenerazzjoni tal-proprjeta` f’dawn il-hames lokalitajiet storici ta’ pajjizna jkun facilitat.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow