"Mizuri fis-Servizz Pubbliku Malti Favur l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u Favur il-Familja" - "Gender Equality and Family Friendly Measures in the Public Service"
pr1742
20/11/2001
| Din hija pubblikazzjoni ohra, tal-Kummissjoni ghall-Avvanz tal-Mara, | bil-Malti u bl-Ingliz, li tigbor il-mizuri kollha li ttiehdu fis-Servizz Pubbliku biex l-impjegati jgawdu l-istess opportunitajiet minghajr ebda xkiel ta’ diskriminazzjoni, u biex l-impjegati jkunu jistghu jibbilancjaw id-doveri taghhom tax-xoghol u tal-familja. |
| Is-Servizz Pubbliku hawa l-akbar qasam ta’ l-impjieg | f’Malta u huwa minn ta’ quddiem fit-twettiq tal-politika tal-Gvern favur l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irgiel. |
| Barra kopji ta’ kull cirkulari li nharget mill-Ufficcju | tal-Prim Ministru dwar l-ugwaljanza, il-ktieb tal-Kummissjoni ghall-Avvanz tal-Mara jaghti tifsira fil-qosor ta’ kull mizura li jgawdu minnha l-impjegati tal-Gvern. |
Il-mizuri ewlenin jinkludu:
- id-dritt ghall-impjieg minghajr diskriminazzjoni;
- opportunitajiet indaqs fl-interviews, il-promozzjonijiet u t-tahrig;
- il-maternity leave, parental leave (sena), career break (ta’ 3 snin), adoption u fostering leave, responsibility leave;
- id-dritt li impjegati jahdmu sieghat inqas ta’ xoghol (reduced hours) minhabba l-htigijiet tal-familja.
| Is-Servizz Pubbliku qed jaddotta wkoll il-kuncett tal-gender | mainstreaming, biex fil-hidma kollha li ssir mid-Dipartiment tal-Gvern, tinghata dejjem attenzjoni lill-perspettiva ta’ l-ugwaljanza bejn n-nisa u l-irgiel. |
| Ghal dan l-iskop beda jitnieda programm ta’ tahrig | fil-Gender Mainstreaming fost ufficjali gholja tal-Gvern. Dr. Gwendoline Williams, konsulent tal-Commonwealth li bhalissa tinsab Malta sabiex twettaq it-tieni fazi ta’ dan il-process ta’ tahrig u gharfien li nbeda bejn April u Mejju ta’ din is-sena. |
| Sena ilu, il-Kummissjoni ghall-Avvanz tal-Mara kienet | harget ukoll fuljett dwar il-mizuri favur l-ugwaljanza li jgawdu l-haddiema mal-Gvern. Dan il-fuljett kien tqassam lill-impjegati kollha fis-Servizz Pubbliku. |
| Dan il-Manual thejja mill-Kummissjoni | ghall-Avvanz tal-Mara biex jghin, b’mod prattiku, lill-Ministeri u d-Dipartimenti tal-Gvern, iwettqu l-politika tal-gender mainstreaming fil-hidma taghhom. |
| Il-gender mainstreaming ifisser li l-kuncett | ta’ l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irgiel ghandu jifforma parti minn kull hidma li tigi pjanata, minn kull ligi li titfassal, u minn kull servizz li jigi offrut minn xi Dipartiment tal-Gvern. |
| Sa mill-1987, il-Gvern Malti dejjem immira li jilhaq | dan l-iskop, allavolja kien hemm Ministeru bir-responsabbilta’ specifika li jizgura l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irgiel. Il-Gvern jemmen li r-responsabbilta’ ghat-twettiq tal-principju ta’ l-ugwaljanza ghandha tinfirex fuq kulhadd, u fis-setturi kollha tal-hajja. |
| F’Marzu 1999, il-Kabinett Malti rega’ afferma li | fil-hidma tieghu ried jibqa’ jadotta l-gender mainstreaming u l-Kummissjoni ghall-Avvanz tal-Mara hejjiet serje ta’ rakkomandazzjonijiet kif il-gender mainstreaming seta’ jsir b’success. |
| Il-Manual dwar il-Gender Mainstreaming | thejja apposta biex jipprovdi taghrif dwar il-gender mainstreaming, sew fil-qasam lokali u kemm f’dak internazzjonali. Il-Manual jispjega wkoll x’jista jfixkel is-success tal-gender mainstreaming, u jishaq fuq il-htiega ta’ gbir ta’ statistika maqsuma dwar nisa u rgiel, il-htiega ta’ tahrig dwar l-ugwaljanza, u l-metodi ta’ kif jigu progetti jigu moniterjati u evalwati mill-perspettiva ta’ l-ugwaljanza. |
| Il-Manual Gender Mainstreaming in the Public | Service inkiteb minn Angela Callus (ghalliema) u t-tabiba Miriam Camilleri, membru tal-Kummissjoni ghall-Avvanz tal-Mara. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN