Left arrow Go Back

IL-BENEFIĊĊJI AMBJENTALI MINN SĦUBIJA FL-UE

pr1736
Date Icon 20/11/2001

Il-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech qal li meta nitkellmu dwar l-ambjent l-attenzjoni tagħna tmur dejjem fuq dak li se jiswielna biex naġġornaw is-sistemi tagħna ħalli l-arja tkun aħjar, il-baħar madwarna ikun aktar nadif, l-iskart li nipproduċu niddisponu minnu b'mod li ma jkun ta' inkonvenjent għal ħadd.

Waqt li kien qed jipprezenta lill-gurnalisti bi studju kummissjonat mill-Unjoni Ewropea, dwar "The Benefits of Compliance with the Environmental Acquis for the Candidate Countries", il-Ministru Zammit Dimech qal li dan l-aħħar kienet ippubblikata l-istrateġija għall-immaniġġjar ta' skart solidu fil-gżejjer Maltin. Hu qal li biex din l-istrateġija tiġi mplimentata, jkun meħtieġ investiment ta' madwar Lm70 miljun. Flimkien ma' dan l-investiment kapitali tkun meħtieġa wkoll nefqa rikorrenti ta' madwar Lm210 miljun oħra fuq perijodu ta' 20 sena.

Il-Ministru għall-Ambjent qal li l-Gvern hu marbut li sa' erba' snin oħra jibni l-infrastruttura u l-impjanti meħtieġa biex id-drenaġġ kollu jissaffa qabel jintefa' fil-baħar. Dan il-proġett hu kkalkulat li jiswa madwar Lm50 miljun.

Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li ħafna drabi nitkellmu dwar kemm se jiswielna biex ikollna ambjent aħjar. Staqsa iżda jekk qatx ħsibna dwar il-benefiċċji li niksbu jekk nikkonformaw mad-direttivi u r-regolamenti ambjentali ta' l-acquis communautaire ta' l-Unjoni Ewropea, li hu l-aktar wieħed avvanzat fid-dinja.

Francis Zammit Dimech qal li l-Kummissjoni Ewropea nediet studju dwar il-benefiċċji li jiksbu l-pajjiżi applikanti jekk dawn jikkonformaw mal-acquis ambjentali. Hu qal li dawn il-benefiċċji tqiesu fi tliet stadji:


· Tip ta' Benefiċċji: Hawn saret il-mistoqsija ta' x'tip ta' benefiċċji joħorġu jekk ikun implimentat l-acquis. Dawn il-benefiċċji kwalitattivi huma dawk li għandhom impatt fuq is-saħħa, impatt fuq l-agrikoltura, il-bini;

· Il-kobor tal-benefiċċji: Dawn huma l-benefiċċji kwantitattivi li jfisser kemm se jitnaqqsu l-emissjonijiet fl-arja, kemm se jonqos il-mard respiratorju u benefiċċji oħra li joħorgu minn ambjent aħjar;

· Il-valur tal-benefiċċji: Hawnhekk saret il-mistoqsija ta' x'se jkun il-valur ekonomiku ta' l-ispejjez li jkunu iffrankati. Dawn il-benefiċċji monetarji jwieġbu għall-mistoqsija ta' kemm se jiffranka l-pajjiż mit-tnaqqis ta' emissjonijiet fl-arja, minn immaniġġjar aħjar ta' l-iskart u minn miżuri oħra li jittieħdu.

Il-Ministru għall-Ambjent qal li fl-istudju li għamlet l-Unjoni Ewropea ġie stabbilit li darba d-direttivi ta' l-UE jidħlu fis-seħħ fil-pajjiżi kollha applikanti, fl-2010 jitnaqqsu bejn 43,000 u 180,000 każ ta' bronkite kronika. Fl-istess waqt jitnaqqsu wkoll bejn 15,000 u 34,000 każ ta' mwiet prematuri. Titnaqqas il-ħsara lill-bini u jiżdiedu prodotti mir-raba.

L-istudju ikkwantifika wkoll x'jibbenifika l-pajjiż f'termini monetarji. Hemm pajjiżi li ambjentalment għad baqgħalhom ħafna aktar minnha x'jaqdfu. Pajjiżi li huma wkoll ikbar u għalhekk se jibbenefikaw b'ċifri impressjonanti. Iżda anke dak li se tibbenifika Malta hu impressjonanti.

Minn dan l-istudju jirriżultaw dawn il-benefiċċji għal pajjiżna:

· Annwalment nibbenefikaw bejn Lm3 miljun u Lm16 miljun minn arja aktar nadifa; bejn Lm5 miljun u Lm19 miljun mill-ilma u bejn miljun u Lm16 miljun mill-iskart. Dan ifisser benefiċċju kull sena ta' bejn Lm10 miljun u Lm52 miljun.

· Nassumu l-valur preżenti nett u li l-programm kollu ambjentali ta' l-UE jkun implimentat sas-sena 2010, il-benefiċċji fil-perijodu ta' 10 snin bejn l-2011 u l-2020, jilħqu bejn Lm30 miljun u Lm156 miljun fil-qasam ta' l-arja; bejn Lm50 miljun u Lm184 miljun fil-qasam ta' l-ilma u bejn Lm12 miljun u Lm156 miljun fil-qasam ta' l-iskart - total ta' bejn Lm92 miljun u Lm500 miljun.

· Annwalment il-benefiċċji minn ras għal ras ikunu ta' bejn Lm25 u Lm132.

· Bħala perċentwal tal-Prodott Gross Domestiku l-benefiċċji jilħqu bejn 0.7 fil-mija u 3.7 fil-mija.

Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li dawn huma beneficcji li jgawdi l-pajjiz jekk il-ligijiet u r-regolamenti tieghu fil-qasam ambjentali ikunu jaqblu ma' dawk ta' l-Unjoni Ewropea. Hu qal li l-beneficcji m'humiex ghajnuna finanzjarja. L-ghajnuna finanzjarja tinghata biss mill-Unjoni Ewropea lill-pajjizi membri mid-diversi fondi li għandha. Hu qal li din l-għajnuna tilħaq livelli għoljin ħafna.

Francis Zammit Dimech qal li nissieħbu jew ma nissieħbux fl-Unjoni Ewropea xorta rridu li jkollna l-ogħla livelli ambjentali, għaliex ambjent f'saħħtu jfisser poplu f'saħħtu. Hu qal d-differenza hi li jekk nissieħbu fl-Unjoni Ewropea nkunu nistgħu nipparteċipaw mill-fondi kbar ambjentali li l-UE tpoġġi għad-dizpożizzjoni tal-membri tagħha. Jekk ma nissieħbux xorta jkollna ninvestu fl-ambjent. Iżda minn sorsi lokali. Li jfisser jew mit-taxxi jew billi nissellfu.





annessi …


Valur ta' benefiċċji mid-direttivi ambjentali


1. Benefiċċji annwali jekk nimxu fuq id-direttivi ambjentali ta' l-UE

(f'miljuni ta' EUROs u liri Maltin)

Arja IlmaSkart Total

minimu massimuminimu massimu minimumassimuminimu massimu

8 (EURO)40 13 47 3 40 24 130

3.2 (Lm)16 5.2 18.81.2 16 9.6 52



2. Benefiċċji totali tul perijodu ta' 10 snin

L-istudju jassumi l-valur preżenti nett u li l-programm kollu ambjentali ta' l-UE jkun implimentat sas-sena 2010 - il-perijodu ta' 10 snin hu għalhekk bejn l-2011 u l-2020 (Ċifri f'miljuni ta' EURO u f'miljuni ta' liri)



ArjaIlmaSkartTotal

minimu massimuminimu massimuminimu massimuminimu massimu

75(EURO) 390125 46030 390230 1250

30 (Lm) 156 50 18412 156 92 500



3. Benefiċċji annwali jekk nimxu fuq id-direttivi ambjentali ta' l-UE. (minn ras għal ras u bħala perċentwali tal-GDP)

Benefiċċji minn ras għal ras (f'EURO's u liri) Benefiċċji bħala % tal-GDP


minimumassimuminimu massimu

62 (EURO)3290.7%3.7%

Lm24.8Lm131.6

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow