DISKORS TA’ L-GHELUQ MILL-ONOR LAWRENCE GONZI, VICI PRIM MINISTRU U MINISTRU GHALL-POLITIKA SOCJALI, WAQT IS-SEMINAR "CARING FOR TROUBLED YOUTHS" ORGANIZZAT MILL-AGENZIJA APPOGG - B’KARA - Is-Sibt, 17 ta’ Novembru 2001
Ma nistax ma nurix l-apprezzament tieghi ghalikom ilkoll, li bil-prezenza taghkom llum, qed turu dan l-impenn favur iz-zghazagh, specjalment in konnessjoni ma’ programm specjalizzat u li joffri sfidi kbar ghal min jahdem fih.
Mhux sa nitkellem fuq il-bzonn ta’ programm bhal dan ghaliex jien cert li digà thaddidtu hafna fuq l-objettivi u l-iskopijiet tieghu. Izda rrid nghid ghaliex, tajna priorità lil dan il-programm?
Minkejja li l-Agenzija APPOGG ghada fil-bidu tar-ristrutturazzjoni taghha, imbarkat minn kmieni fuq dan il-programm, program li mhux biss hu specjalizzat, izda ftit hawn tradizzjoni ta’ servizz bhal dan. Il-programm ghat-tfajliet "Fejda" jersaq vicin l-iskop tal-program Formula One, u nahseb li dawn iz-zewg programmi ghandhom jahdmu vicin ta’ xulxin, mhux biss biex jaqsmu r-rizorsi, izda biex nitghallmu minn xulxin.
Ghaliex APPOGG kienet mitluba taghti priorità lil program bhal dan? Fl-opinjoni tieghi t-twegiba hi semplici. Pajjizna hu pajjiz civili, pajjiz li jiftahar li hu nisrani, u ghalhekk huwa pajjiz li jfittex lil dawk li huma l-aktar fil-bzonn, u joffri wens u appogg kif jehtieg, lil min jehtieg.
Dan huwa programm li direttament jolqot lil dawk iz-zghazagh guvintur li ghal xi raguni jew ohra, jsibuha difficli li jintegraw jew fl-ambjent ta’ l-iskola, jew f’xi ambjent iehor ta’ appogg socjali, bhad-djar tat-tfal, jew anki d-dar tal-genituri taghhom stess. Qed nipprovdu servizz ghal zghazagh li ftit huma dawk li jhossuhom f’qaghda li jistghu jghinuhom. U hawn rrid naghmel l-ewwel enfasi.
Il-Gvern permezz ta’ agenziji publici bhall-APPOGG qed ifittex aktar dawk l-okkazzjonijiet fejn jipprovdi servizzi lil dawk, li ftit jew xejn isibu ghajnuna minn bnadi ohra. F’kelma wahda, il-Gvern jidhol biex jassigura li dawk li l-aktar li huma fil-periklu li jkunu eskluzi mill-attività u l-hajja fis-socjetà jkunu pprovduti b’dawk is-servizzi mehtieg fin-numru u anki fil-kwalità. Il-priorità qed tinghata lil dawk li l-aktar qeghdin fil-periklu li jaqtghu lura.
Per ezempju l-istess ghamilna meta ftahna ix-xelter ta’ emergenza ghan-nisa. Dan kien servizz li hadd ma kien dahal ghalih, u permezz ta’ l-APPOGG ftahna dan is-servizz is-sena l-ohra. Minn dak inhar ta ghajnuna lil bosta nisa u tfal. Jien infurmat li din is-sena biss kien hemm 59 mara, minbarra t-tfal, li ghamlu uzu minn dan il-post sa l-ahhar ta’ Ottubru.
Mela r-rwol ta’ l-agenziji tal-Gvern illum, u aktar ma jghaddi z-zmien, sa jsir aktar iffokati fuq dawk l-individwi jew zghazagh li huma fl-aktar periklu li jinqatghu lura jekk ma jintervjenuwx fil-hin u bil-mezzi l-aktar effikaci. Allura program bhal dan sa jaghti opportunità gdida lil numru ta’ zghazagh, li mhux necessarjament kbir izda sinifikanti, biex jaghrfu l-kapacitajiet taghhom, jifhmu li huma wkoll jistghu jghixu hajja bis-sens u jsibu lil min iwizinhom ghal perjodu ta’ zmien biex jingranaw fil-hajja. L-alternattiva ghal program bhal dan ikun il-hela ta’ kapacitijiet ta’ dawn iz-zghazagh, il-possiblità li jkollhom xi jghidu mal-pulizija, qrati u forsi anki habs.
L-ebda socjetà ma hi perfetta, u sfortunatament dejjem sa jibqa’ l-bzonn tad-deterrent u l-kontroll, izda socjetà li qed tevolvi tistaqsi lilha nnifisha, jekk hemmx metodi ohra kif tidentifika problema minn kmieni, u jekk hemmx metodi aktar effikaci kif tindirizza dawn il-problemi. Il-programm FORMULA ONE hu wahda mit-twegibiet ghal din id-domanda. Hawn nawgura lil Dr Anna Maria Laurenti u lit-team taghha, ghaliex mhux biss qed jaghmlu xoghol ta’ pijunieri, izda dak li sa johrog minn dan il-programm sa jinfluenza hafna decizjonijiet ohra li ghadd iridu jittiehu fil-futur.
Hawn irrid naghmel punt iehor, u nahseb dan huwa punt importanti hafna, ghaliex ghad irid isir hafna xoghol, f’dan ir-rigward. Programm bhal dan ma jistax jahdem wahdu. Programm bhal dan irid jinfilza tajjeb ma’ hidma ohra importanti, bhal nghidu ahna, s-social work fil-qasam edukattiv. Nahseb hu importanti hafna ghas-social workers tat-Divizjoni ta’ l-Edukazzjoni li jifhmu tajjeb l-iskop ta’ program bhal dan, u jippartecipaw direttament fix-xoghol li jsir fih. Issa mhux qed nghid kif naghmlu referral tajba. Qed nghid aktar minn hekk, qed nghid li s-social workers tat-Divizjoni ta’ l-Edukazzjoni jkollhom sehem fil-hidma li ssir favur iz-zghazagh li jghaddu minn dan il-programm.
L-istess nista’ nghid ghad-Divizjoni tas-Sahha, b’mod partikolari il-qasam tas-sahha mentali. Qed nittama bil-qawwa li dawk responsabbli ghal dan il-qasam isibu l-hin u l-impenn li jahdmu id f’id mat-terapisti ta’ dan il-programm biex iz-zghazagh jinghataw servizz minghajr skossi, servizz integrat biex ma jizolqilna l-ebda zaghzugh, jekk hu possibbli.
Kif kont qed nghid, is-sinjali taz-zminijiet qed juruna li rridu nfitxxu aktar lil dawk li jistghu jaqtghu lura jekk ma nwiznuhomx. Dawn in-nies nistghu nmissu maghhom f’diversi oqsma, u mhux biss fil-qasam socjali. It-tobba u l-ispecjalisti jahbtu maghhom dawn in-nies. Minhabba f’hekk jehtieg li nintegraw is-servizzi malajr kemm jista’ jkun biex persuna fil-bzonn, titmexxa malajr ghal dak is-servizz, li l-aktar hu addattat ghaliha. Ikollna nammettu li f’certu aspetti ghadna territorjali hafna, u dan jahdem kontra servizz efficjenti u ta’ kwalità. Irridu naghmlu sforz ilkoll kemm ahna biex ninqatghu minn din il-mentalità u nifhmu li bi shubija bejnietna nistghu nasslu hafna izjed ’il boghod.
F’dan is-sens irrid intenni l-impenn tieghi biex nara li r-rizorsi ta’ pajjizna jmorru skond il-prioritajiet taghna, minghajr duplikazzjoni u possibilment bi shubija mas-socjetà civili ta’ pajjizna.
Dan igibni ghall-ahhar punt. L-involviment tal-Patrijiet Frangiskani Minuri. Il-Komunità tal-Patrijiet fehmet iz-zminijiet, u fl-opinjoni tieghi, hasbu b’hafna ghaqal meta fittxew Partnership mal-Gvern biex isir l-ahjar uzu minn din il-proprjetà. Din hija proprjetà li toffri hafna vantaggi, li ntuzat ghal diversi hidmiet socio-religjuzi u allura kien hawn certu tradizzjoni ta’ servizzi favur min hu fil-bzonn.
Dan il-Partnership wassal biex sar ftehim bejn l-Ordni u l-Gvern, biex din il-proprjetà tintuza ghal dan il-programm. Il-patrijiet huma direttament involuta fil-programm billi joffru l-aspett pastorali liz-zghazagh u appogg lill-istaff tad-dar.
Dan qed insemmih kemm biex nuri l-apprezzament tieghi ghal din il-koperazzjoni, izda ukoll biex naghmel kuragg lil haddiehor li qed fl-istess sitwazzjoni. Agenzija bhall-APPOGG, izda anki ohrajn, ikun qed ifittxu koperazzjoni bhal din tal-Patrijiet Frangiskani Minuri biex jitwettqu progetti ta’ fejda ghal gruppi varji fis-socjetà taghna.
Partnerships bhal dawn iwassluna hafna aktar ’il boghod u hafna aktar malajr milli kieku nippruvaw naslu wahidna. Ghalhekk tajjeb inharsu mill-qrib lejn partnerships bhal dawn u nfittxu nsibu metodi godda ta’ kif nahdmu flimkien u nghaqqdu r-rizorsi materjali, izda anki umani.
Jien nawgura hafna hidma tajba l-ewwelnett lill-istaff gdid ta’ dan il-programm. Nahseb li hu zmien eccitanti hafna u f’certu sens qed twelldu parti importanti mill-istorja socjali ta’ pajjizna u anki nawgura lil hafna professjonisti ohra li sa jahdmu qribkom. Nittama li esperjenza bhal din tkun mhux biss ta’ sodisfazzjoni personali, izda hidma li taghmel bidla fil-hajja ta’ hafna zghazagh jekk mhux ukoll bidla radikali. Irrid ukoll nghid prosit li dawk li hadmu biex sar ir-refurbishment. Id-dar inbidlet, u t-tibdil laqghat ukoll anki lill-kappella. Illum hawn facilita moderna li tirrispetta lil dawk kollha li jahdmu fiha u lil dawk li sa jghixu fiha.
Nawgura li l-programm Formula One ikun ta’ success ghal gid taz-zghazagh, li ser ikunu qed jaghmlu uzu minnu.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN