DISKORS MILL-ONOR. JESMOND MUGLIETT, SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU TA’ L-EDUKAZZJONI, FL-OKKAZJONI TAL-PREMJU "ZAGHZUGH TAS-SENA" ORGANIZZAT MILL-FONDAZZJONI OASI – SANNAT, GHAWDEX
Sa zewg generazzjonijiet ilu hafna zghazagh Maltin kienu jircievu l-edukazzjoni informali taghhom permezz tac-centri ta’ rikrejazzjoni parrokkjali ghaz-zghazagh. Illum l-istrutturi li jipprovdu edukazzjoni informali u hin liberu ghaz-zghazagh inbidlu konsiderevolment. Postijiet ta’ divertiment saru mezz ta’ attrazzjoni fejn turisti u nies tal-lokal jghaddu hafna mill-hin liberu taghhom. Dawn il-postijiet tant saru sofistikati li qieghed ikun difficli li c-centri lokali jikkompetu maghhom biex jattiraw iz-zghazagh. Din is-sofistikazzjoni qeghda tkompli tigi msahha mill-hafna reklamar u l-media li qeghda tisfrutta dawn il-postijiet bhala xenarju ghal diversi programmi ta’ xandir. It-tahlit ta’ turizmu rikrejattiv ma’ rikrejazzjoni taz-zghazagh lokali huwa fenomenu li jiffaccjaw gzejjer jew bliet fejn it-turizmu huwa l-industrija principali.
Ta’ spiss tisma’ xi hadd jghid li c-centri parrokkjali ghaddejin minn fazi difficli jew li m’ghadx hawn posthom. Mistoqsija pertinenti li xtaqt naghmlilkom hija: Ghandna nkomplu nippruvaw intawwlu l-ezistenza ta’ dawn ic-centri jew jista’ jkun hemm ambjent iehor minn fejn jitmexxa ix-xoghol fost iz-zghazagh?
Istituzzjonijiet bhal ma huwa l-Kunsill ta’ l-Ewropa ukoll joperaw hafna mill-programmi taghhom permezz ta’ gruppi ta’ zghazagh. Studji fuq il-partecipazzjoni ta’ dawn il-gruppi juru li z-zghazagh jimxu minn grupp ghal iehor, li numru kbir minnhom jittesseraw bhala membri ta’ centru jew grupp ghal zmien definit, jigifieri ghal tul iz-zoghzija taghhom. Xi whud qatt ma jiffurmaw parti minn xi grupp formali: Sfida li ghandna hi kif nistghu nilhqu lil dawk iz-zghazagh li m’humiex membri f’xi grupp jew organizzazzjoni ta’ zghazagh?
Jiena nemmen li ir-rikrejazzjoni taz-zghazagh, l-edukazzjoni informali u x-xoghol fost iz-zghazagh, kollha saru aktar komplessi.
Il-partecipazzjoni taz-zghazagh fl-ghaqdiet tirrifletti diversi affarijiet:
- Kemm hawn strutturi miftuhin ghall-ghaqdiet
- Kemm hawn appogg ghal dawn l-ghaqdiet, voluntiera u fondi
- Kemm hawn kultura ghal din it-tip ta’ hidma u attività
Hu obbligu ta’ min ikun responsabbli ghal dan il-qasam li jghin sabiex ikun hawn strutturi, li jaghti appogg b’diversi modi, li jseddaq il-kultura ghal hidma u attivitajiet taz-zghazagh.
Statistika migbura mill-Ufficcju Nazzjonali ghall-Istatistika turi tkabbir fl-aspetti kollha tal-hidma fost iz-zghazagh. L-aktar statistika sinifikattiva hija l-istatistika dwar kemm hawn zghazagh membri f’ghaqdiet. Fl-1997 kien hawn 50,060, fl-1998 kien hawn 50,792, fl-1999 kien hawn 53,791 u fl-2000 kien hawn 86,082.
Statistika dwar l-infiq turi li ghaqdiet taz-zghazagh kellhom zieda ta’ Lm133,259 mill-1999 ghas-sena 2000 u zieda ta’ Lm130,756 fid-dhul taghhom fl-istess perjodu. Id-dhul kollu fis-sena 2000 kien jammonta ghal Lm836,138.
Zvilupp li zgur li qieghed ibiddel il-hidma ta’ diversi ghaqdiet huma l-programmi ta’ l-Unjoni Ewropeja ghall-ghaqdiet taz-zghazagh. L-aktar rilevanti huma l-programm ‘Youth’ u l-programm ‘Euro Med Youth Action Programme’. Programmi ohrajn bhal ‘Socrates’ u ‘Leonardo’ ibbenefikaw minnhom ghaqdiet studenteski, trejdunjonistici u kulturali u anke Kunsilli Lokali.
Dawn il-programmi jaghtu dimensjoni internazzjonali lill-hidma ta’ dawn l-ghaqdiet, jghinuhom isibu ghaqdiet internazzjonali siehba u jaghmlu l-hidma tal-istess ghaqdiet aktar interessanti.
Iz-zieda fin-numru ta’ membri fl-ghaqdiet, fil-budgets taghhom u anke opportunitajiet godda bhal programmi Ewropej huma kollha ahbarijiet pozittivi. Aktar minn hekk huma risposta diretta ghal min isaqsi jekk ghandniex inkomplu nseddqu l-kultura ghal hidma fost iz-zghazagh permezz ta’ l-ghaqdiet.
Il-beneficcji ta’ shubija fl-ghaqdiet huma zghazagh li jkunu socjalment aktar preparati ghad-dinja ta’ ghada. Il-perikli tan-nuqqas ta’ hidma huma ovvji.
Jien nixtieq nirringrazzja lil dawk kollha li jahdmu fl-ghaqdiet taz-zghazagh ghall-impenn, dedikazzjoni u l-krejattivita ta’ kif joholqu u jisfruttaw l-opportunitajiet li qeghdin jinholqu.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN