RINGRAZZJAMENT GĦAL ĦIDMA SFIEQA LI TAT MALTA LIL- PROGRAMM TA' AZZJONI TAL-MEDITERRAN (MAP)
Dr Klaus Topfer, Direttur Eżekuttiv tal-Programm Ambjentali tan-Nazzjonijiet Uniti (UNEP) dalgħodu ndirizza it-12 il-laqgħa tal-Contracting Parties tal-Konvenzjoni ta' Barċellona li qed tinżamm f'Monaco. Hu tkellem dwar l-attivitajiet tal-Programm ta' Azzjoni tal-Mediterran (MAP) fejn irrikonoxxa u radd ħajr għas-sehem kbir ta' Malta f'dan il-programm. Dr Klaus Topfer irringrazzja lil Malta għall-hidma kbira 'l quddiem li saret f'dan il-qasam fis-sentejn li l-Ministru Francis Zammit Dimech kien President ta' din l-organizazzjoni Mediterranja. Hu rringrazzja ukoll lil Malta għall-ħidma sfieqa li tat lil Programm ta' Azzjoni tal-Mediterran.
Sadattant il-laqgħa tal-lum ittieħdet minn interventi ministerjali. Il-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech tkellem dwar l-importanza ta' aktar strutturi ta' informazzjoni dwar il-ħidma ta' l-iżvilupp sostenibbli fil-baċin tal-Mediterran.
Laqgħa importanti oħra saret il-lum dwar il-Konvenzjoni tad-Desertifikazzjoni. Fil-laqgħa dwar id-desertifikazzjoni ħadu sehem 14-il-Ministru minn pajjizi tal-Contracting Parties tal-Konvenzjoni ta' Barċellona. Is-Segretarju tal-Konvenzjoni kellu laqgħa flimkien mar-rappreżentanti tal-Gvern ta' Ċipru u l-Gvern ta' Malta li se jikkooperaw flimkien f'dan il-qasam.
Il-Ministru Francis Zammit Dimech il-bieraħ kellu laqgħa oħra mal-Prinċep Albert ta' Monaco.
It-12 il-laqgħa tal-Contracting Parties tal-Konvenzjoni ta' Barċellona tagħlaq għada wara li taddatta dikjarazzjoni li għandhatkun ippreżentata mir-reġjun tal-Mediterran fis-Summit Dinji dwar Żvilupp Sostenibbli li se jiġi organizzat f'Johannesburg, fl-Afrika t'Isfel f'Settembru 2002.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN