Left arrow Mur Lura

KOSTRUZZJONI TA' DIVERSI TOROQ FIZ-ZONA INDUSTRIJALI TA' L-IMRIEĦEL

pr1717
Date Icon 16/11/2001

Il-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni, Ċensu Galea flimkien mas-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi, Edwin Vassallo, għamlu żjara fiż-Żona Industrijali ta' l-Imrieħel fejn qed isir xogħol estensiv fit-toroq ta' dan il-qasam industrijali.

Din il-proġett qiegħed isir mid-Dipartment tat-Toroq b'fondi vvutati apposta mill-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi biex iż-Żoni Industrijali kollha jkollhom toroq tajba u aċċessibli. Aktar 'l quddiem ser jinbeda x-xogħol fuq toroq oħra fl-istess żona, kif ukoll f'żoni oħra industrijali bħalma huma dawk tal-Mosta, Haż-Żebbuġ u tal-Ħandaq.

Dan il-proġett ikopri xogħlijiet f'disa' toroq. Dawn ix-xogħlijiet jinkludu l-kostruzzjoni tat-toroq bl-asfalt kompluti bil-bankini u service duct li jkun jista' jintuża biex jgħaddu s-servizzi bħal cables tad-dawl elettriku, telephones u servizzi oħra.

Hemm inkluż ukoll kostruzzjoni ta' ħitan ta' lqugħ tat-triq, tpoġġija ta' medda ta' pajpijiet (400mm diametru) storm water culvert biex jieħu l-ilma tax-xita ta' dawn it-toroq. Ix-xogħol jikkomprendi ukoll tibdil ta' mains ta' l-ilma u house connections u anke tpoġġija ta' pipe ducts għal Melita Cable Ltd.

Ix-xogħlijiet fuq dan il-kuntratt inbeda f'Lulju li għadda u għandhom jitlestew fi żmien tnejn u ħamsin ġimgħa. Sa issa, sar xogħol ta' tqegħid ta' mains ta' l-ilma u house connections fil-maġġor parti tat-toroq. Inbeda t-tħammil u formazzjoni ta' triq prinċipali ta' din l-area, inkluż il-kostruzzjoni ta' precast service duct. Sar ukoll l-istorm water culvert fuq imsemmi.

Dan il-kuntratt ġie mogħti lill-Kuntrattur Bitmac Ltd fil-25 ta' Ġunju 2001 u hu mistenni li dawn ix-xogħlijiet jiswew madwar Lm315,000.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow