Left arrow Mur Lura

IR-RESPONSABILTÀ TAL-MANUTENZJONI TAD-DWAL TAT-TOROQ TGHADDI F’IDEJN IL-KUNSILLI LOKALI

pr1716
Date Icon 16/11/2001
Il-process ta’ devoluzzjoni li nbeda tminn snin ilu biex l-ghamaratat-toroq u l-infrastruttura tal-bliet u l-irhula tghaddi f’idejn il-Kunsilli Lokali beda jigi fi tmiemu.
Minghajr dubju iz-zamma tal-bliet u l-irhula fejn f’hafnaminnhom tjiebet u dan irrizultat f’titjib fil-kwalita` tal-hajja tar-residenti.
Dan qalu l-Ministru tal-Gustizzja u Gvern LokaliAustin Gatt meta kien qed jindirizza konferenza ta’ l-ahbarijiet li fiha r-responsabbiltà tal-Manutenzjoni tad-dwal tat-Toroq giet mghoddija lill-Kunsilli Lokali li huma responsabbli minnhom.
Fil-fatt illum sebgha Kunsill Lokali (Gharghur,Mellieha, Mgarr, Mosta, Naxxar, San Pawl il-Bahar) iffirmaw ftehim biex jikkoperaw bejniethom f’dan il-qasam.
Dr. Gatt qal li dan m’hux biss process ta’devoluzzjoni, izda dan hu process ta’ liberalizzazzjoni. Huwa qal li permezz ta’ din id-devoluzzjoni ser jispicca l-monopolju ta’ l-Enemalta li issa ser tkun wahda mill-operaturi li ser jikkompetu biex jipprovdu servizz ahjar.
Il-Gvern qed jiddevolvi wkoll lill-Kunsill Lokalid-decizjoni dwar programmi ta’ dwal godda f’toroq minghajr dwal. Sal-lum din kienet ghada responsabbiltà Ministerjali. L-Enemalta ser izzomm ir-rwol li tassigura li meta jsiru bozoz godda dawn isiru skond standards ta’ kwalità u sigurtà rikonoxxuti internazzjonalment.
Meta l-programm jitwettaq wara x-xhur li gejjinil-pubbliku ser ikun jista’ jistenna li r-reazzjoni ghal rapporti ta’ hsara fis-sistemi tad-dawl tat-toroq tkun aktar immedjata u efficjenti milli hi llum.
Il-Minsitru Gatt ghamel ukoll referenza ghall-progettta’l-e-Government, fejn fisser ir-rwol fundamentali tal-Kunsilli Lokali f’dan is-sens. Filwaqt li semma l-impenn tal-Gvern li matul is-sena li gejja jkompli jipprovdi aktar servizzi elettronici, irrefera ghall-politka ta’ Gvern Elettroniku Lokali li fasslet il-Kummissjoni eMalta.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow