IR-RESPONSABILTÀ TAL-MANUTENZJONI TAD-DWAL TAT-TOROQ TGHADDI F’IDEJN IL-KUNSILLI LOKALI
pr1716
16/11/2001
| Il-process ta’ devoluzzjoni li nbeda tminn snin ilu biex l-ghamara | tat-toroq u l-infrastruttura tal-bliet u l-irhula tghaddi f’idejn il-Kunsilli Lokali beda jigi fi tmiemu. |
| Minghajr dubju iz-zamma tal-bliet u l-irhula fejn f’hafna | minnhom tjiebet u dan irrizultat f’titjib fil-kwalita` tal-hajja tar-residenti. |
| Dan qalu l-Ministru tal-Gustizzja u Gvern Lokali | Austin Gatt meta kien qed jindirizza konferenza ta’ l-ahbarijiet li fiha r-responsabbiltà tal-Manutenzjoni tad-dwal tat-Toroq giet mghoddija lill-Kunsilli Lokali li huma responsabbli minnhom. |
| Fil-fatt illum sebgha Kunsill Lokali (Gharghur, | Mellieha, Mgarr, Mosta, Naxxar, San Pawl il-Bahar) iffirmaw ftehim biex jikkoperaw bejniethom f’dan il-qasam. |
| Dr. Gatt qal li dan m’hux biss process ta’ | devoluzzjoni, izda dan hu process ta’ liberalizzazzjoni. Huwa qal li permezz ta’ din id-devoluzzjoni ser jispicca l-monopolju ta’ l-Enemalta li issa ser tkun wahda mill-operaturi li ser jikkompetu biex jipprovdu servizz ahjar. |
| Il-Gvern qed jiddevolvi wkoll lill-Kunsill Lokali | d-decizjoni dwar programmi ta’ dwal godda f’toroq minghajr dwal. Sal-lum din kienet ghada responsabbiltà Ministerjali. L-Enemalta ser izzomm ir-rwol li tassigura li meta jsiru bozoz godda dawn isiru skond standards ta’ kwalità u sigurtà rikonoxxuti internazzjonalment. |
| Meta l-programm jitwettaq wara x-xhur li gejjin | il-pubbliku ser ikun jista’ jistenna li r-reazzjoni ghal rapporti ta’ hsara fis-sistemi tad-dawl tat-toroq tkun aktar immedjata u efficjenti milli hi llum. |
| Il-Minsitru Gatt ghamel ukoll referenza ghall-progett | ta’l-e-Government, fejn fisser ir-rwol fundamentali tal-Kunsilli Lokali f’dan is-sens. Filwaqt li semma l-impenn tal-Gvern li matul is-sena li gejja jkompli jipprovdi aktar servizzi elettronici, irrefera ghall-politka ta’ Gvern Elettroniku Lokali li fasslet il-Kummissjoni eMalta. |
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN