Left arrow Mur Lura

MIKSUB PROGRESS FL-OQSMA DIFFERENTI TAL-PJAN TA' AZZJONI TAL-MEDITERRAN (MAP)

pr1708
Date Icon 15/11/2001

Il-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech il-bieraħ inawgura u indirizza t-12-il-laqgħa tal-Contracting Parties tal-Konvenzjoni ta' Barċellona. Francis Zammit Dimech inawgura l-laqgħa fil-kapacità tiegħu ta' President tal-Bureau tal-Contracting Parties li għadu kif temm il-ħatra.

Hu kien ukoll privileġġjat li jilqa' lill-Princep Albert ta' Monaco li aċċetta li jkun preżenti għaċ-ċerimonja tal-ftuħ u li indirizza l-laqgħa b'appoġġ għall-ħidma li twettqet mill-Contracting Parties tal-Barcelona Convention u tal-Pjan ta' Azzjoni tal-Mediterran (MAP). Preżenti ukoll għaċ-ċerimonja tal-ftuħ kien hemm il-Ministru għall-Ambjent ta' Monaco, Bernard Fautrier li se jkun il-president il-ġdid tal-Bureau.

Fl-indirizz inawgurali tiegħu Francis Zammit Dimech irrifera għall-progress li nkiseb fl-oqsma differenti tal-Pjan ta' Azzjoni tal-Mediterran tul l-aħħar sentejn, li kien il-perijodu tal-Presidenza. B'mod partikolari hu saħaq dwar il-Protokoll ta' Emergenza ġdid tal-Konvenzjoni ta' Barċellona li hu mistenni ikun adattat mill-Konferenza tal-Plenipotenzjarji li se tinżamm f'Malta f'Jannar li ġej.

Francis Zammit Dimech irrifera wkoll "għall-parteċipazzjoni Mediterranja fis-Summit Dinji dwar Żvilupp Sostenibbli". Wara deċiżjonijiet tal-Bureau li ppresieda, is-Segretarjat ipprepara 'Dikjarazzjoni tal-Contracting Parties tal-Konvenzjoni ta' Barcellona dwar Żvilupp Sostenibbli fil-Mediterran' li qed tkun diskussa minn Ministri li qed jattendu l-laqgħa ta' Monaco u li se tkun ippreżentata lis-Summit Dinji dwar Żvilupp Sostenibbli li se tinżamm f'Johannesburg f'Settembru 2002.

Il-Ministru Francis Zammit Dimech kellu wkoll l-opportunità li jiltaqa' ma' l-Ewwel Ministru ta' Monaco Patrick Leclercq.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow