IL-PROPOSTA TAL-GVERN GHAL SOLUZZJONI TAL-PROBLEMA TA' STUTTURI ILLEGALI FL-ARMIER
F'dawn l-ahhar snin kull Gvern ghamel diversi dikjarazzjonijiet fis-sens li l-istrutturi illegali li nbnew fl-Armier wara l-1992 kellhom jitnehhew filwaqt li kellha tittiehed decizjoni dwar dawk l-istrutturi li kienu nbnew sa l-1992. Wara li f'dawn l-ahhar xhur saret hidma biex tnehhew l-istrutturi illegali li ttellghu wara l-1992, issa il-Gvern se jghaddi ghat-tieni fazi tad-decizjoni tieghu dwar l-Armier.
Illum il-Ministru ta' l-Intern, il-Ministru tal-Finanzi u s-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ta' l-Intern kellhom laqgha mal-Kumitat Centrali ta' l-Ghaqdiet tas-Sidien tal-Caravans u l-Boathouses fil-Majjistral ta' Malta. Fil-laqgha l-Kumitat kien infurmat bil-proposta tal-Gvern. Il-proposta tikkonsisti fi progett ta' bini ta' beachrooms u ftehim ma' l-okkupanti tal-boathouses li kienu jezistu fl-1992. Dawn l-istrutturi huma madwar 1,200.
Il-Progett
Il-Gvern qed jipproponi li jitnehhew l-istrutturi kollha illegali li ghad baqa' fl-Armier u jsir progett li jikkonsisti fil-bini ta' madwar 1,600 beachroom. Il-progett huwa propost li jkun mifrux fuq erba' zoni, kif muri fil-mappa li thejjiet. Din il-mappa tifforma parti mill-Pjan ta' Azzjoni ghall-Marfa li thejja mid-Direttorat ta' l-Awtorità ta' l-Ippjanar u li ser ikun konsidrat mill-Bord ta' l-Awtorità ta' l-Ippjanar u suggett ghall-approvazzjoni taghha.
Se titwaqqaf kumpanija biex tiehu hsieb l-izvilupp tal-beachrooms. Il-kumpanija se tinghata l-art b'cens ghal perjodu ta' zmien. Il-kumpanija se tkun responsabbli mill-izvilupp kollu inkluz it-twassil tas-servizzi infrastrutturali lill-erba' zoni fejn huwa propost l-izvilupp.
Il-kumpanija li se titwaqqaf se tintrabat li tonora l-obbligazzjonijiet li jidhol ghalihom il-Gvern ma' dawk l-okkupanti tal-boathouses li kienu jezistu fl-1992 u li jaghzlu li jiffirmaw ftehim mal-Gvern. Wara li jghaddi zmien determinat mill-iffirmar tal-ftehim bejn l-okkupanti tal-boathouses u l-Gvern, il-kumpanija tkun tista tilqa' offerti minghand kull min irid jikri beachroom fl-Armier.
Ftehim propost ma' l-okkupanti tal-boathouses li kienu jezistu fl-1992
Il-Gvern jiggarantixxi lill-okkupant ta' boathouse li kienet tezisti fl-1992 titlu ta' kirja ghal zmien determinat fuq beachroom li tinbena fl-Armier, b'kera ta' mitejn u hamsin lira (Lm250) fis-sena biex tintuza biss ghal skopijiet ta' rikreazzjoni. L-okkupant ikun garantit ukoll id-dritt ta' l-ewwel rifjut fl-offerti li johorgu ghall-kiri ta' l-istess beachroom ghal zmien determinat iehor wara li jiskadi l-ewwel perjodu ta' kirja.
Kull okkupant irid ikun dispost li jhallas is-somma ta' erbat elef lira (Lm4,000) lill-Gvern bhala kumpens ghall-uzu passat ta' proprjetà tal-Gvern sabiex ikun jista' jinghata l-kirja.
Permezz ta' din il-proposta, il-Gvern se jsolvi l-kwistjoni ta' l-istrutturi illegali fl-Armier u jaghmel progett li eventwalment jista' jgawdi minnu kull min irid. Il-Gvern lest li jilqa' suggerimenti minghand il-Kumitat Centrali tas-Sidien ta' Caravans u Boathouses sakemm dawn is-suggerimenti ma jmorrux kontra l-principji bazici tal-proposta tal-Gvern.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN