Left arrow Mur Lura

Jigi mniedi s-servizz tas-Sentenzi tal-Qorti On-Line

pr1699
Date Icon 14/11/2001

Mil-lum is-sentenzi kollha moghtija fil-Qrati taghna u li huma pubblikati huma accessibbli b’xejn u ghal kulhadd permezz ta’ l-Internet. Dan huwa possibli wara li gie mniedi s-servizz tas-Sentenzi tal-Qorti On-Line. Il-Ministru tal-Gustizzja u Gvern Lokali Austin Gatt tenna s-sodisfazzjon tieghu marbut mal-fatt li l-Ministeru tal-Gustizzja nieda it-tieni servizz ta’ e-Government.

L-ewwel progett kien dak tal-ligijiet on-line. Il-Minsitru Gatt sostna li f’dan il-progett il-legizlazzjoni principali kollha kif ukoll sa Kap. 234 tal-legislazzjoni sussidjarja. Dan il-progett kien success enormi. Fil-fatt f’16-il xahar is-site intuzat aktar minn miljun u nofs darba, b’medja ta’ 3,000 darba kuljum. Wiehed ta’ min isemmi li 24% ta’ dawk li juzawha huma barranin.

Il-pass tal-lum huwa pass importanti fejn qed inkomplu nibnu fuq l-infrastruttura teknologika u qed nipprovdu servizz li permezz tieghu il-klijent ser igawdi servizz iktar efficjenti, facli u b’xejn.

Illum biex iggib sentenza mill-Qorti hemm ammont kbir ta’ skarigg u hela ta’ hin. Permezz tas-servizz tas-sentenzi tal-Qorti on-Line il-klijenti ser igawdu mill- eliminazzjoni ta’ l-iskarigg li bil-fors trid tmur il-Belt, il-facilita li tfittex f’repozitorji differenti minn post wiehed. Vantagg iehor huwa li titnaqqas il-hela ta’ rizorsi tas-Servizz Pubbliku.

Il-klijent jiffranka l-flus li jhallas ghall-fotokopji – minn 25c kull pagna ghal servizz b’xejn. Ma jkunx hemm bzonn li toqghod tistenna fi kju u hafna hin. Tinqeda minn fejn trid – mid-dar, mill-ufficcju, mill-kunsill lokali u minn internet café u tinqeda il-gurnata kollha u l-gimgha kollha (sebat ijiem, erbgha u ghoxrin siegha kuljum) – mhux mit-8.00 a.m. sal-5.00 p.m.

Dr. Gatt sahaq fuq l-importanza ta’ l-impenn ta’ kulhadd biex din is-sistema tkun success.

Sadanittant il-Ministru tal-Gustizzja u l-Gvern Lokali nieda r-raba’ aggornament tal-Ligijiet ta’ Malta fuq Compact Disc. Dawn ic-CD Roms li huma aggornati sat-2 ta’ Ottubru 2001 ser ikunu ghall-bejgh ghall-prezz ta’ Lm10.00.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow