JILTAQGHU 100 ESPERT FIL-FOCUS GROUPS GHAT-TWETTIEQ TAL-KURRIKULU
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Kurrikulu ghadu kif hatar 15-il Grupp Specjalizzat - Focus Groups - wara sejha pubblika ghall-applikazzjonijiet. Ghal din is-sejha irrispondew madwar 350 persuna li minnhom kienu maghzula 100 persuna b’esperjenza fl-oqsma partikolari. Il-Membri ta’ dawn il-gruppi iltaqghu ghall-ewwel darba illum ghal laqgha ta’ informazzjoni u biex jitnieda x-xoghol taghhom.
Xoghol il-Gruppi Specjalizzati huwa li janalizzaw sitwazzjonijiet edukattivi, iwettqu programmi u inizjattivi ta’ ricerka, jidhlu ghal progetti bi shab ma’ l-iskejjel, jappoggjaw lill-iskejjel waqt li dawn jimplimentaw il-Kurrikulu Nazzjonali, jinvolvu lill-genituri f’impenn kollaborattiv, Izommu kuntatt ma’ numru ta’ organizzazzjonijiet tal-Gvern u ohrajn mhux tal-gvern fuq progetti edukattivi u jzommu lill-pubbliku infurmat regolarment dwar l-implimentazzjoni tal-Kurrikulu Nazzjonali.
Il-Focus Groups jehtigilhom jahdmu id f’id ma’ l-iskejjel kollha ta’ l-istat, tal-Knisja u dawk indipendenti, kif ukoll ma’ edukaturi fid-Divizjoni ta’ l-Edukazzjoni, fil-Fakulta’ ta’ l-Edukazzjoni u anke esperti f’pajjizi ohra, kif ukoll ma organizzazzjonijiet u individwi li jistghu jaghtu sehemhom ghall-implimentazzjoni tal-Kurrikulu Nazzjonali.
Il-Gruppi Specjalizzati se jkunu qed jiffokaw fuq dawn it-temi:
- Edukazzjoni Bikrija
- Edukazzjoni Primarja
- Edukazzjoni Sekondarja
- Assessjar
- Edukazzjoni Personali u Socjali
- Teknologija ta’ l-Informatika u Kommunikazzjoni fl-iskejjel
- |viluppi tal-Lingwa (Bilingwizmu u l-uzu tal-Lingwa)
- Xjenza u Teknologija fl-Edukazzjoni Primarja
- Xjenza Ko-ordinata fl-Edukazzjoni Sekondarja
- Edukazzjoni Teknologika
- Edukazzjoni Inklussiva
- Is-Sehem tal-Genituri u Skejjel bhala ~entru Komunitarji
- L-iSkola u d-Dinja tax-Xoghol
- Id-Demokrazija fl-iSkejjel
- Ugwaljanza bejn is-Sessi
Aktar milli jiffokaw fuq sugetti partikolari, il-Focus Groups jiffokaw fuq temi li jkopru numru ta' sugetti kif wieghed jista' jara mill-lista ta' temi. Il-Focus Groups jistghu jimpenjaw individwi jew sotto-kumitati biex jiffokaw fuq suggetti, programmi jew progetti partikolari jekk jaraw il-bzonn.
Biex ikun hemm ko-ordinament xieraq, il-Focus Groups se jkunu qed jirrapportaw perjodikament lill-Kunsill Nazzjonali ghall-Kurrikulu (National Curriculum Council), fl-istess hin se jkun hemm ukoll Forum bejn ic-Chairpersons tal-Focus Groups kollha. Qabel ma' jibdew xi progetti jew programmi fl-iskejjel, il-Focus Groups se jirreferu wkoll il-pjani ta' azzjoni lill-istess Kunsill.
Waqt il-laqgha l-Ministru ta' l-Edukazzjoni Louis Galea tenna li bil-hatra ta' dawn il-Focus Groups, qed naghmlu pass iehor importanti fit-twettiq tal-Pjan Strategiku ghall-implimentazzjoni tal-Kurrikulu Nazzjonali. Hu qal li meta kien ippublikat il-Kurrikulu Nazjonali li fuqu intlahaq kunsens wiesgha, ried jara kif mill-vizjoni li joffri l-Kurrikulu nkunu nistghu naslu ghall-implimentazzjoni tieghu, fil-fatt kien imfassal il-Pjan Strategiku ghat-twettiq tal-Kurrikulu li fost affarijiet ohra kien qed jipproponi li jinhatru numru ta' Focus Groups dwar temi partikolari. Il-Ministru qal li l-Gvern kien ikkommetta ruhhu ghall-implimentazzjoni u t-twettieq tal-Kurrikulu tant li kien alloka l-fondi u r-rizorsi mehtiega biex dan isehh.
Il-Ministru tenna li l-Kurrikulu Nazzjonali hu mibni fuq il-principju ta' Edukazzjoni ta' Kwalita'. Biex inwettqu dan il-principju hemm bzonn l-impenn ta' kullhadd inkluz il-genituri, kif ukoll ir-rizorsi kollha mehtiega u skond il-mezzi tal-gurnata biex inheggu t-taghlim mhux biss fl-iskejjel izda tul il-hajja. It-tmexxija decentralizzata u awtonoma hi ukoll ingredient importanti biex il-Kurrikulu jitwettaq.
Il-Ministru qal li hu jinsab sodisfatt li hafna skejjel diga’ bdew iwettqu il-principji tal-Kurrikulu Nazzjonali, u fil fatt qed naraw li:
- Numru ta' skejjel fasslu l-pjan taghhom mill-gdid biex jinkorporaw l-ghanijiet u l-principji tal-Kurrikulu Nazzjonali.
- Il-Kurrikulu Nazzjonali stimula ricerka interna fl-iskejjel. Din ir-ricerka qed isservi ta' bazi ghall-izvilupp fl-iskejjel
- Diversi Skejjel qed jispiraw ruhhom mill-Kurrikulu biex ifasslu l-pjan ta' tahrig taghhom.
- Saru diversi laqghat ta' informazzjoni ghall-genituri.
- Il-Kurrikulu sar parti integrali mit-tahrig ta' l-istudenti-ghalliema u ta' ghalliema stabbiliti li qed ikomplu t-tahrig u ta' l-amministraturi prospettivi.
Il-Ministru qal li jhoss li hawn sens ta' urgenza u aspettattiva li hu frott ta l-gharfien kbir li tqanqal matul il-process tat-tfassil li fih kien hemm konsultazzjoni wiesgha. Dan kollu jkompli juri kemm dan id-dokument hu wiehed haj li jkompli jizviluppa matul is-snin.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN