STQARRIJA TA’ L-ONOR LAWRENCE GONZI, VICI PRIM MINISTRU U MINISTRU GHALL-POLITIKA SOCJALI, BI TWEGIBA GHALL-ITTRA LI L-GWU QASSMET LILL-MEMBRI PARLAMENTARI DWAR IL-HEALTH ASSISTANTS U N-NURSING AIDES
Il-kwistjoni dwar il-Health Assistants u n-Nursing Aides issa ilha ghaddejja ghal diversi xhur. Dawn huma haddiema li jahdmu fl-isptar u li qieghdin jinsistu li jithallsu allowance talli huma jkollhom kuntatt ma’ pazjenti.
Il-pozizzjoni tal-Gvern f’din il-kwistjoni, kienet cara mill-bidu nett. Il-haddiema involuti jahdmu fl-isptar u xogholhom jinvolvi kuntatt ma’ l-ambjent kollu ta’ l-isptar. Ma huwiex accettabbli ghal Gvern li dan il-grupp ta’ haddiema, jew xi gruppi ohra, jippretendu jew jistennew li jithallsu allowances biex jaghmlu xoghol li digà huwa d-dmir taghhom li jaghmluh.
Il-Gvern ghamel hiltu biex jipprova jsib soluzzjoni u zamm numru ta’ laqghat maz-zewg Unions involuti, u cioè l-UHM u l-GWU. Dawn il-laqghat saru maz-zewg Unions flimkien, kif ukoll separatament.
Huwa ghalhekk ta’ ghajb li l-GWU illum tghid li l-Gvern ma jridx jiddjaloga. Id-djalogu sar u kienet instabet soluzzjoni xhur ilu. Tant hu hekk li l-UHM u l-GWU ircevew ittra iffirmata mill-Vici Prim Ministru u Ministru ghall-Politika Socjali bl-offerta finali tal-Gvern, wara li kienet inghatat indikazzjoni li din l-offerta kienet accettabbli ghaz-zewg Unions. Sfortunatament, fl-istess gurnata li l-UHM ikkonfermat li accettat l-offerta, il-GWU ftit wara infurmat lil Gvern li l-haddiema ma kienux qieghdin jaccettaw din l-offerta.
Li hu aktar ta’ ghajb huwa li l-GWU titlob zidiet fl-allowance bl-argument li din inghatat lil setturi ohra ta’ haddiema. Dan l-argument stess igib fix-xejn kull gustifikazzjoni li seta kien hemm biex tinghata xi allowance.
Il-Gvern ma jaccettax u ma jista’ qatt jaccetta li jzid l-ispiza pubblika semplicement ghaliex Union f’pajjizna targumenta li settur tal-haddiema taghha jridu jkunu trattati bhal setturi ohra li ghandhom dmirijiet differenti u kundizzjonijiet ta’ xoghol differenti.
Kull Union ghandha tifhem li zieda mitluba trid tkun gustifikata billi jkun spjegat x’zieda fl-efficjenza ser ikun hemm, kif ukoll x’titjib fis-servizz ser jinghata lill-klijenti u l-konsumaturi.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN