"NEGOZJI SOSTENIBBLI" - PJAN TA' HIDMA GHAS-SENA 2002 TAS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI TA' L-ONOR EDWIN VASSALLO
"Negozji Sostenibbli" huwa t-titlu tal-pjan ta' hidma ghas-sena li gejja tas-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo. Dan huwa r-raba' pjan ta' hidma li s-Sur Vassallo qed jippubblika kemm ilu Segretarju Parlamentari fi hdan il-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici. Fl-ewwel sena ta' hidma, is-Segretarju Parlamentari kien iffoka l-hidma tieghu biex iwassal il-messagg ta' l-Efficjenza fis-servizz li naghtu: kemm il-burokratiku kif ukoll in-negozjant hemm bzonn li jkunu efficjenti fil-qadi ta' dmirijiethom. Fit-tieni sena, il-messagg kien din id-darba dwar il-Kwalità tas-servizz li naghtu. Dan kien jibni fuq il-programm tas-sena ta' qabel, i.e. li s-servizz irid ikun efficjenti u ta' kwalità. Is-sena ta' wara, l-Onor. Vassallo kompla jibni l-messagg tieghu u ippubblika t-tielet pjan ta' hidma bit-titlu "Kompetittività B'Innovazzjoni". Il-messagg tas-Segretarju Parlamentari kien wiehed kostanti: meta jirnexxielna nkunu efficjenti u noffru servizz jew prodott ta' kwalità jirnexxielna nkunu innovattivi u ghalhekk kompetittivi.
Dan il-hsieb ta' l-Onor Vassallo jitkompla din is-sena bil-pubblikazzjoni ta' Pjan ta' Hidma gdid li ghandu t-titlu "Negozji Sostenibbli". Dan l-ahhar pjan ta' hidma ikompli l-messagg: meta jirnexxielna nkunu kompetittivi ikun qed jirnexxielna nibnu negozji ta' success li jibqghu hajjin.
Il-Pjan ta' Hidma 2002 huwa mibni fuq erba' principji wiesghin:
1. Is-simplifikazzjoni ta' l-ambjent regolatorju, fejn juri x-xoghol li jrid isir biex il-komunità kummercjali jkollha ambjent amministrattiv li jkun ta' l-anqas xkiel u ta' l-anqas piz;
2. L-izvilupp ta' politika imprenditorjali, biex jissahhah l-izvilupp ta' aktar intraprizi kummercjali li joffru sors ta' impjieg u tkattir tal-ekonomija;
3. Is-shubija fl-Unjoni Ewropea, u kif dan il-pass u din id-decizjoni tal-Gvern jista' jkun ta' beneficcju ghall-imprenditur Malti u kif in-negozjant Malti jista' jippartecipa fid-decizjonijiet tal-Gvern;
4. L-Infrastrutturi lokali, u kif l-organizzazzjoni tal-kummerc f'pajjizna stess jista' u ghandu jitjieb billi fost affarijiet ohra ikun hemm zoni industrijali adekwati u attenzjoni ghal gruppi jew setturi specifici, bhal l-artigjanat u l-mara fil-kummerc.
Dan il-pjan ta' hidma qed jipproponi wkoll hidma kordinata bejn diversi dipartimenti ta' diversi ministeri li b'xi mod jew iehor ghandhomm effett fuq l-ambjent operattiv tas-settur kummercjali. Dan il-programm ta' xoghol ser ikun ikkordinat mid-Divizjoni tal-Kummerc, li r-rwol taghha fi hdan l-istruttura tac-Civil ser ikun ta' support service ghal imprendiutri.
Din kollha hija hidma mahsuba biex iggib 'il quddiem l-izvilupp tas-settur imprenditorjali f'pajjizna. Dan hu l-impenn tal-Gvern: impenn b'risq min irid jahdem b'efficjenza, joffri servizz ta' kwalità, jara li jikkompeti bi prodotti innovattivi u jirnexxi f'cirkostanzi u ambjent fejn in-negozju jkun sostenibbli.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN