Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-GUSTIZZJA U GVERN LOKALI

pr1683
Date Icon 12/11/2001

II-kawżi fil-Qrati Ċivili u Kriminali qed jonqsu għax il-ġudikatura qed tkun aktar effiċjenti f’ħidmitha u għax l-amministrazzjoni tal-qrati tjiebet.

Il-Ministru tal-Ġustizzja u tal-Gvern Lokali qal li xi ħadd ta tagħrif żbaljat lill-Kap ta’ l-Oppożizzjoni li l-kawżi pendenti naqsu għax żdiedu xi tariffi tal-Qorti u l-Kap ta’ l-Oppożizzjoni f’Ħaż-Żebbuġ mar jirrepeti din l-ineżattezza.

Kemm dan it-tagħrif hu żbaljat, jurih il-qasam tal-Qrati Kriminali fejn rajna tnaqqis drammatiku f’dawn l-aħħar tliet snin.


Kawżi Pendenti 

                                      Dic. 1998             Ott. 2001           Tnaqqis ta’

Qorti Kriminali (Gurijiet)         60                       32                       47%  
Qorti Maġistrati                  10122                  6747                      90%


Kif jista’ jkun li l-Kap ta’ l-Oppożizzjoni jsostni li dan it-tnaqqis seħħ "għax għolew it-tariffi" meta fil-qasam kriminali m’hemmx tariffi!!

Minn ċifri li diġà ġew ippubblikati minn dan il-Ministeru jirriżulta biċ-ċar illi fil-qasam Ċivili n-numru ta’ kawżi introdotti fil-Qrati fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena kienu prattikament l-istess daqs is-sena l-oħra. Kien biss fit-Tribunal tat-Talbiet iż-Żgħar li seħħ tnaqqis u dan seħħ minħabba li naqsu kawżi ta’ taħt il-Lm250 magħmula minn kumpaniji kbar u mhux ta’ ċittadini ordinarji.

Biex il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni jkollu l-fatti, qed nippublikaw ic-cifri tal-kawzi introdotti f’ Ottubru 2001 u dawk ta’ Ottubru tas-sena l-ohra fl-oqsma kollha tal-Qrati Civili.


                               Ott. 2000               Ott. 2001
Prim Awla                     157                        170
Qrati Magistrati              65                          82
Tribunal Talbiet Zghar     172                        262 


Minkejja li f’kull livell hemm zieda fl-ammont ta’ kawzi introdotti, hu b’sodisfazzjon li nirraportaw illi fl-istess xahar il-gudikatura qatghet sostanzjalment aktar kawzi milli dahlu.


Ottubru 2001 

                                Introdotti               Maqtugha
Prim Awla                      170                      365
Qorti tal-Magistrati           82                       227
Tribunal Talbiet Zghar      262                      218


Li jidher li ma jafx ukoll il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni – jew li ma qalulux - hu li fil-kawżi bejn il-Lm500 u Lm1250 it-tariffi tnaqqsu għal kulħadd u għalhekk kull ċaqliqa li jista’ jkun hemm żġur ma tistax tiġi attribwita għal xi miżura anti-soċjali.

Li nesa jgħid ukoll il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni hu li minn żmien il-Gvern preċedenti immexxi minnu, dan il-Gvern naqqas sostanzjalment it-tariffi tal-kawżi fejn hemm involuta il-ġustizzja soċjali bħal:

kawżi ta’ manteniment

kawżi ta’ kura u kustodja għat-tfal

kawżi ta’ separazzjoni

kawżi ta’ annullament

kawżi ta’ paternità

kawżi għall-paga

kawżi għad-danni personali

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow