STQARRIJA MILL-MINISTRU TA` L-INTERN
Il-pajjiz kollu hu xxukkjat bil-qtil barbaru tal-Pulizija Roger Debattista li kien xoghol ghassa ma` bank f’Hal Qormi, meta sparawlu persuni kriminali li wettqu hold-up fuq l-istess bank.
Bil-mewt tal-Kuntistabbli Roger Debattista, johrog car l-impenn u r-rieda tal-forzi ta` l-ordni li jiddefendu s-socjetà u jiggieldu l-kriminalità. It-tama hija li lkoll kemm ahna nsiru aktar konxji tax-xoghol siewi li jaghmlu l-Pulizija u l-perikli li jghaddu minnhom.
Dan il-qtil kiesah u biered digà holoq hidma intensiva biex jingiebu quddiem il-gustizzja u jiehdu dak li haqqhom il-persuni li wettqu dan ir-reat. Kull omicidju hu reat serjissimu; meta jigi mwettaq fuq persuna bl-uniformi minhabba t-twettiq tad-dmirijiet tieghu, ikun iktar gravi.
Il-Ministeru jesprimi solidarjetà mal-familja, qraba u hbieb tal-Kuntistabbli Debattista, b’mod partikolari ma’ martu u tliet uliedu. Min-naha tal-Pulizija ser ikun hemm l-impenn shih sabiex dan ir-reat jigi solvut.
Lill-membri tal-Korp tal-Pulizija, il-Ministeru jibghat messagg ta` kuragg; il-poplu qieghed warajkom fil-glieda kontra il-kriminalità, japprezza x-xoghol li qed taghmlu, u l-Gvern u l-poplu jesprimu fiducja fikom.
Ir-risposta ta’ l-Istat u tal-Korp tal-Pulizija kontra l-kriminalità se tkun aktar soda u determinata. Il-glieda kontra l-kriminalità mhux talli mhux ser tiddghajjef izda se tissahhah bil-mezzi kollha possibbli.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN