L-KABINETT JESPRIMI SOLIDARJETÀ
pr1677
12/11/2001
Waqt li kien qed jiltaqa’ dalgħodu, il-Kabinett ġie infurmat bid-delitt serju ta’ qtil ta’ Pulizija Roger Debattista (PS 949), waqt hold-up f’bank Ħal Qormi.
Filwaqt li l-Kabinett esprima solidarjeta’ mal-qraba tal-vittma, u l-kundanna għal dan ir-reat faħxi, huwa saħaq fuq il-ħtieġa li min kien responsabbli għal dan id-delitt, jinġieb quddiem il-ġustizzja, ħalli jieħu dak li ħaqqu.
L-impenn tal-Korp tal-Pulizija fil-ġlieda kontra l-kriminalita’ għadu u sejjer ikompli. Il-Kabinett awgura li ma jdumx ma jiġi solvut dan ir-reat
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN