Left arrow Mur Lura

Festa San Martin ghar-Residenti ta' San Vincenz de Paul

pr1675
Date Icon 12/11/2001
Bhal kull sena fil-festa tradizzjonali u folkloristika ta' San Martinaktar minn 300 resident minn San Vincenz de Paul, ittiehdu gurnata fil-kampanja madwar il-gonna tal-Buskett. Fosthom kien hemm aktar minn 100 wheelchair cases.
F'nofs in-nhar, l-anzjani ingemghu kollha taht it-tindaghall-ikla tradizzjonali Maltija.
Waqt diskors qasir li ghamel is-SegretarjuParlamentari fil-Ministeru ghall-Politika Socjali l-Onor Antoine Mifsud Bonnici qal li hu ta' sodisfazzjon ghalih meta jara daqshekk anzjani ghadhom b'sahhithom bizzejjed biex igawdu gurnata bhal din u jibqghu attivi kemm jista' jkun. Zgur li l-Gvern qed jaghmel dak kollu possibbli biex l-anzjani kollha - kemm dawk li jghixu f'darhom kif ukoll dawk li qieghdin f'xi dar ta’ l-anzjani - ikunu jistghu jghixu hajja decenti u f'ambjent tajjeb. Huwa semma s-servizzi li l-Gvern joffri lill-anzjani fil-komunità fosthom il-Homehelp, Handyman, servizz ta' inkontinenza, Kartanzjan, Day Centres, Telecare, u Meals on Wheels.
Izda, fuq kollox, Dr Mifsud Bonnici elenka diversixoghlijiet ta' infrastruttura li qieghdin isiru u ohrajn li dalwaqt jibdew gewwa r-Residenza San Vincenz de Paul, fejn matul l-ahhar sena infethu s-Serenity Wards, is-Saint Francis Wards 5/6, u RADIO SVPR. Diversi swali qeghdin jigu mghammra bl-air condition u ohrajn qed jigu refurbished. Huwa rrefera ghax-xoghlijiet estensivi li qeghdin isiru biex sal-ahhar ta' din is-sena, gewwa San Vincenz jinfethu Podology Clinic u Speech Therapy Clinic.
Dr Mifsud Bonnici qal illi progett iehor kbir serjibda f'dawn il-granet. Fi ftit jiem ohra ser jibda x-xoghol ta’ rikostruzzjoni fuq wards 1-2, 3-4, ta’ l-irgiel. Dan il-progett ser idum madwar 18 il-xahar biex jitlesta, u ser ikun fuq l-istess disinn tas-Serenity wards.
Fl-ahhar nett, filwaqt li rringrazzja lilorganizzaturi, haddiema u l-helpers kollha li organizzaw din il-harga, huwa heggeg lill-anzjani sabiex jaghmlu uzu tajjeb minn dawn is-servizzi kollha li joffri l-Gvern.
L-impenn tal-Gvern hu li jkompli johloq attivitajietsocjali li fihom jistghu jiehdu sehem numru kbir ta' anzjani biex b'hekk jibqghu integrati fis-socjetà taghna - socjetà li ghandha tkun socjetà ghal kull età u socjetà inkluziva biex hadd ma jibqa' lura.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow