Festa San Martin ghar-Residenti ta' San Vincenz de Paul
pr1675
12/11/2001
| Bhal kull sena fil-festa tradizzjonali u folkloristika ta' San Martin | aktar minn 300 resident minn San Vincenz de Paul, ittiehdu gurnata fil-kampanja madwar il-gonna tal-Buskett. Fosthom kien hemm aktar minn 100 wheelchair cases. |
| F'nofs in-nhar, l-anzjani ingemghu kollha taht it-tinda | ghall-ikla tradizzjonali Maltija. |
| Waqt diskors qasir li ghamel is-Segretarju | Parlamentari fil-Ministeru ghall-Politika Socjali l-Onor Antoine Mifsud Bonnici qal li hu ta' sodisfazzjon ghalih meta jara daqshekk anzjani ghadhom b'sahhithom bizzejjed biex igawdu gurnata bhal din u jibqghu attivi kemm jista' jkun. Zgur li l-Gvern qed jaghmel dak kollu possibbli biex l-anzjani kollha - kemm dawk li jghixu f'darhom kif ukoll dawk li qieghdin f'xi dar ta’ l-anzjani - ikunu jistghu jghixu hajja decenti u f'ambjent tajjeb. Huwa semma s-servizzi li l-Gvern joffri lill-anzjani fil-komunità fosthom il-Homehelp, Handyman, servizz ta' inkontinenza, Kartanzjan, Day Centres, Telecare, u Meals on Wheels. |
| Izda, fuq kollox, Dr Mifsud Bonnici elenka diversi | xoghlijiet ta' infrastruttura li qieghdin isiru u ohrajn li dalwaqt jibdew gewwa r-Residenza San Vincenz de Paul, fejn matul l-ahhar sena infethu s-Serenity Wards, is-Saint Francis Wards 5/6, u RADIO SVPR. Diversi swali qeghdin jigu mghammra bl-air condition u ohrajn qed jigu refurbished. Huwa rrefera ghax-xoghlijiet estensivi li qeghdin isiru biex sal-ahhar ta' din is-sena, gewwa San Vincenz jinfethu Podology Clinic u Speech Therapy Clinic. |
| Dr Mifsud Bonnici qal illi progett iehor kbir ser | jibda f'dawn il-granet. Fi ftit jiem ohra ser jibda x-xoghol ta’ rikostruzzjoni fuq wards 1-2, 3-4, ta’ l-irgiel. Dan il-progett ser idum madwar 18 il-xahar biex jitlesta, u ser ikun fuq l-istess disinn tas-Serenity wards. |
| Fl-ahhar nett, filwaqt li rringrazzja lil | organizzaturi, haddiema u l-helpers kollha li organizzaw din il-harga, huwa heggeg lill-anzjani sabiex jaghmlu uzu tajjeb minn dawn is-servizzi kollha li joffri l-Gvern. |
| L-impenn tal-Gvern hu li jkompli johloq attivitajiet | socjali li fihom jistghu jiehdu sehem numru kbir ta' anzjani biex b'hekk jibqghu integrati fis-socjetà taghna - socjetà li ghandha tkun socjetà ghal kull età u socjetà inkluziva biex hadd ma jibqa' lura. |
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN