Left arrow Go Back

JUM IT-TIFKIRA - IL-HADD, 11 TA' NOVEMBRU, 2001

pr1669
Date Icon 09/11/2001
Jum it-Tifkira, li huwa ccelebrat fil-pajjizi kollha tal-Commonwealth,b'gieh il-vittmi kollha taz-zewg Gwerer Dinjija, se jkun imfakkar f'Malta nhar il-Hadd, 11 ta' Novembru, 2001.
F'din l-okkazjoni, il-Kapitolu Metropolitan sejikkoncelebra Quddiesa Solenni fil-Kon-Katidral ta' San Gwann, il-Belt Valletta fid-9.15 a.m.
Qabel il-Quddiesa, il-President ta' Malta serjispezzjona Gwardja ta' l-Unur mill-Forzi Armati ta' Malta, fi Pjazza San Gwann. Tiehu sehem ukoll il-Banda tal-Forzi Armati.
Fl-10.40 a.m. issir ic-cerimonja ta' Tifkira fuq il-Monumenttal-Gwerra fil-Furjana. Matul din ic-Cerimonja jitqieghdu kuruni mill-ghola awtoritajiet nazzjonali u persuni distinti flimkien ma’ ghaqdiet ohra li ser jattendu wkoll ghall-Quddiesa.
Il-Forzi Armati ta' Malta u Kontingent mill-Korptal-Pulizija se jifformaw flimkien Gwardja ta' l-Unur ghal matul ic-Cerimonja tat-Tqeghid ta' Kuruni. Jiehdu sehem ukoll kontingent ta' ex-Servicemen mir-Royal British Legion. Fl-istess post, matul ic-cerimonja, se ssir wirja ta’ vetturi militari.
Korpi Kostitwiti u Ghaqdiet ohra li jixtiequjippartecipaw fic-Cerimonja fuq il-Monument tal-Gwerra billi jqieghdu kuruni ghandhom javzaw lill-Kumitat Festi Nazzjonali fuq in-numru tat-telefon 9987 5658.
L-Appell tradizzjonali ta' Jum it-Tifkira mill-PoppyDay Appeal Fund, bhala ghajnuna lil dawk il-Maltin li kienu fis-Servizzi u lid-dipendenti taghhom, isir matul il-granetbejn id-9 u l-11 ta' Novembru, 2001.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow