Punti mid-Diskors tas-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo fl-okkazjoni tas-Seminar "Innovazzjoni, Ricerka U Zvilupp fl-Artigjanat Malti" organizzat mill-Kunsill Malti ghall-Artigjanat – 08.11.2001
L-innovazzjoni u r-ricerka huma zewg kelmiet li ghandhom ikunu l-impenn ta’ kull min qieghed fin-negozju.
In-negozju taghna biex jirnexxi jehtieg diversi investimenti. L-innovazzjoni u r-ricerka jehtieg li jkunu investimenti li rridu nifhmu l-htiega taghhom. L-innovazzjoni u r-ricerka m’humiex investiment zejjed izda htiega immedjata ghal kull negozju. Kemm-il darba rridu nibqghu kapaci nikkompetu rridu nkunu kapaci naghrfu l-htiega li nkunu innovattivi u dan b’rizultat tar-ricerka.
Dan mhux kapricc, izda htiega essenzjali ghal kull negozju, partikolarment ghal min qieghed fil-process tal-manifattura. Intom li qeghdin fil-manifattura ta’ l-artigjanat fuq kollox ghandkom taraw f’dan l-ezercizzju r-ricetta tas-success. Kien hawn min kien fil-manifattura u haseb li bl-importazzjoni ser jaghmel izjed qliegh. Forsi l-qliegh wasal bl-inqas inkwiet fl-ewwel snin izda maz-zmien bdew jitilfu s-suq ghaliex ghall-importatur huwa wkoll facli li jarma importatur iehor. Filwaqt li ghall-manifattur jista’ jkun hemm min jikkopja l-ewwel prodott izda l-valur mizjud fil-manifattura ma jista’ jiehdu hadd minn min ghandu l-hila tal-manifattura.
L-innovazzjoni u r-ricerka ghalhekk ghandhom ikunu l-mottiv ewlieni li ghalih iridu jinvestu f’din l-epoka li min ser ikun success fiha ser ikun jehtiegu li jimmaniggja n-negozju tieghu f’ekonomija li qed tissejjah bhala knowledge-driven economy.
Nittama li ma nahsbux li ghaliex ahna qeghdin fi gzira ahna mehlusa mill-kompetizzjoni u m’ghandniex bzonn l-innovazzjoni. Bil-kuntrarju, jekk irridu neghlbu l-kompetizzjoni li qed tisfida n-negozji taghna rridu naraw li nkunu kapaci nkunu innovattivi.
Is-shubija ta’ pajjizna fl-U.E. ghandha tkompli ssahhah l-argument li pajjizna jrid jilqa’ l-isfida tal-globalizzazzjoni u l-kompetizzjoni. Bhala artigjani ta’ pajjiz applikant irridu naraw kif ser niggwadanjaw minn dak li qed ikun offrut lilna. L-esperjenza ta’ pajjizna fl-U.E. ghandha tfisser thejjija ghall-partecipazzjoni fi programmi ta’ mizuri li ghandhom jittiehdu biex negozji minn taghna jkunu aktar innovattivi u kapaci juzaw ir-ricerka. Hasra, kemm il-darba bhala artigjani Maltin, naqghu lura ghal raguni jew ohra li nersqu il-quddiem u nuzaw dawn il-programmi.
Jiena perswaz li f’din il-laqgha ser nisimghu aktar f’hiex jinvolvi l-Fifth Framework Programme.
’Il quddiem irridu wkoll nisimghu aktar dwar il-Multiannual Programme for Enterprise and Entrepreneurship li huwa ndirizzat specifikament ghan-negozji zghar. Dan hu programm ta’ incentivi mahsuba specifikament biex ikunu ta’ ghajnuna ghas-settur imprenditorjali bbazat fuq hames objettivi:
- Insahhu l-izvilupp u l-kompetittività tan-negozji fl-ekonomija internazzjonali u bbazata fuq l-informazzjoni;
- Nippromwovu l-imprenditorija;
- Nissimplifikaw il-proceduri amministrattivi u regolatorji ghan-negozju, partikolarment biex insahhu r-ricerka, l-innovazzjoni u l-kreazzjoni ta’ kummerc gdid;
- Intejjbu l-ambjent finanzjarju ghall-kummerc specjalment ghan-negozji z-zghar;
- Ikun hemm access ahjar ghan-negozju ghall-facilitajiet ta’ ghajnuna u programmi u komunikazzjoni u l-kordinazzjoni ta’ dawn il-facilitajiet
Dawn huma incentivi li fihom fuq livell nazzjonali rridu naraw li naghmlu uzu minnhom bhala programmi tal-U.E. kif ukoll irridu naraw li norganizzaw ahjar il-hidma individwali taghna biex naghrfu f’dawn l-incentivi sfidi partikolari ghall-mod ta’ kif irridu nharsu lejn l-izvilupp ta’ l-istrutturi li bihom irridu nghinu lin-negozji zghar f’pajjizna.
Nawgura li dak li qed nitkellmu dwaru jkunu kollha kemm huma meqjusa bhala programmi ta’ ghajnuna li rridu naraw kif naghmlu uzu minnhom kemm-il darba rridu naraw li nibbenefikaw minn incentivi li minnhom qed igawdu negozji ohra f’pajjizi kompetituri taghna.
Kemm-il darba rridu naraw li kapaci nikkompetu, allura jidher li ma nistghux nibqghu nahsbu li nistghu nibqghu norganizzaw in-negozju taghna kif jaqbel lilna, izda skond kif qed isehh l-izvilupp imprenditorjali f’pajjizi ohra. Din hija t-triq ’il quddiem. Dawn il-programmi ta’ ghajnuna huma l-isfidi li rridu niffacjaw kemm-il darba issa rridu nkomplu nikkompetu. Ma nistghux nibqghu komdi nkomplu nahdmu kif hdimna s’issa. Irridu naghmlu pass ’il quddiem u fuq kollox dan ifisser norganizzaw ahjar in-negozji taghna individwalment u fuq livell nazzjonali.
Dan is-seminar ghandu jsib il-milja tieghu kemm-il darba nifhmu dan kollu li ser jinghad lilna bhal sfida partikolari biex inkomplu ntejjbu dak li digà bdejna nahdmu fuqu.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN