Left arrow Mur Lura

TKABBIR FID-DIPARTIMENT MEDICAL RECORDS TA' L-ISPTAR ĠENERALI T' GĦAWDEX

pr1664
Date Icon 08/11/2001

Dan l-aħħar tlesta t-tkabbir tad-Dipartiment tal-Medical Records u ġie inawgurat uffiċċjalment mill-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex waqt attivita' fil-post. Preżenti għall-attivita' kien hemm ukoll rappreżentanti tal-Kunsill tas-Saħħa t'Għawdex, tal-Management Committee ta' l-Isptar Ġenerali t'Għawdex flimkien ma' l-istaff ta' l-Isptar.

Id-Dipartiment tal-Medical Records, li nbena oriġinarjament fl-1975 meta ġie inawgurat l-Isptar Ġenerali t'Għawdex kien sar limitat ħafna fl-ispazju offrut għaż-żamma ta' l-informazzjoni dwar il-pazjenti rikoverati fl-isptar. Għalhekk il-Ministeru għal Għawdex flimkien mal-Kunsill tas-Saħħa t'Għawdex fittex illi jkabbar l-ispazju filwaqt li jirrevedi s-sistema taż-żamma tar-records.

Issa, dan id-Dipartiment, minbarra li hu ikbar b'darbtejn l-ispazju preċedenti, ġie wkoll attrezzat b'sistema ta' mobile shelving biex b'hekk il-files tal-pazjenti jkunu merfugħa f'post ħafna iktar adattat. Il-vantaġġi ewlenija wara l-introduzzjoni ta' sistema simili hi li minbarra li l-ispazju fid-Dipartiment jiġi utilizzat bl-aktar mod effiċjenti, ir-records tal-pazjenti jiġu merfugħa kif suppost fuq xkafef li issa huma state of the art.

It-tkabbir u l-introduzzjoni tas-sistema tal-mobile shelving huma parti mill-pjan tal-Gvern biex itejjeb u jsaħħaħ l-infrastrutturi eżistenti fil-qasam tas-saħħa f'Għawdex.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow