Left arrow Mur Lura

IL-GVERN JINSISTI FUQ PREVENZJONI AKTAR MILLI KURA

pr1658
Date Icon 08/11/2001

"Bħala Gvern aħna dejjem stqarrejna u sħaqna kemm-il-darba li nagħtu mportanza lill-prevenzjoni aktar mill-kura", dan qalu l-Ministru tas-Saħħa it-tabib Louis Deguara meta kien qiegħed jinawgura seminar dwar l-iġjene bis-suġġett 'Water, Water Everywhere'. Is-seminar ittratta l-kwalità ta' l-ilma fl-industrija ta' l-ikel u f'oqsma oħra.

Il-Ministru qal li l-ilma jista' jkun perikoluż speċjalment jekk ma jkunx hemm mezzi li bihom il-periklu tat-tixrid ta' infezzjonijiet jiġi eliminat. Għal dan il-għan, id-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika matul dawn l-aħħar snin intensifika l-ispezzjonijiet kemm fl-industrija ta' l-ikel kif ukoll dawk fil-pixxini biex jara li dawn jinżammu sew u jiġu diżinfettati kif suppost.

Dan l-aħħar id-Diviżjoni tas-Saħħa kellha prova ta' kemm hu għaqli li jsiru testijiet ta' l-ilma regolarment meta permezz tas-sistema preventiva li għandna ġewwa l-isptar San Luqa ġew identifikati u eliminati traċċi tal-mikrobu tal-Legionella qabel ma dawn setgħu jikbru għall-kwantitajiet perikolużi. Il-Ministru għamel appell biex l-industrija ta' l-ikel tieħu l-prekawzjonijiet kollha biex tiġi evitata kull kontaminazzjoni li tista' tiġi mill-arja kundizzjonata.

Is-sigurtà u l-iġjene fl-ikel irrid jaħdem għalihom kullħadd. Il-Gvern għandu d-dmir li jħares saħħet il-poplu. U kien għalhekk li l-Ministru tas-Saħħa ħass il-ħtieġa li jaħdem biex itejjeb is-servizzi u l-istrutturi ta' l-Ispettorat tas-Saħħa. Illum aktar min qabel, ix-xogħol fil-maniġġ ta' l-ikel qed isir dejjem iżjed fattur sostanzjali fl-ekonomija ta' pajjiżna. Wieħed irid iżomm quddiem għajnejh li isem ħażin għall-pajjiżna fil-livell u s-sigurtà tal-ikel u l-ilma jista' jkun ta' dannu kbir għall-industrija tat-turiżmu.

L-Ispettorat tas-Saħħa propju l-ġimgħa l-oħra nieda charter fejn l-ispettorat qed jiggarantixxi servizz ta' kwalità. Barra minhekk ġew ippublikati avviżi legali li jesiġu li ħaddiema fl-industrija ta' l-ikel għandhom ikunu mħarrġin fl-igjene ta' l-ikel. Il-Gvern ukoll saħħaħ is-sezzjoni ta' l-Ispettorat kemm b'apparat, teknoloġija u ristrutturazzjoni tas-sezzjoni. Il-liġi ġdida dwar il-ħarsien tas-sigurtà fl-ikel f'Awissu tressqet għat-tieni qari u hu ttamat li ma ddumx ma tidħol fis-seħħ. Din il-ħidma kollha turi l-impenn tal-Gvern biex japplika l-kunċett li l-prevenzjoni hija aħjar mill-kura.

Fuq kollox il-Maltin għandhom kull dritt li jistennew dawk il-livelli ta' kwalità u sigurtà fejn jidħol l-ikel u l-ilma li ċittadini ta' pajjiżi aktar żviluppati minna ilhom igawdu għal diversi snin temm jgħid il-Ministru.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow