DISKORS MILL-ONOR. DR. MICHAEL REFALO, MINISTRU GHAT-TURIZMU, WAQT DIBATTITU BIT-TEMA: "IT-TURIZMU U N-NATURA", ORGANIZZAT FL-OKKAZJONI TAL-FIERA TAL-AMBJENT - UNIVERSITA' TA' MALTA, MSIDA - 8 TA' NOVEMBRU 2001
L-izvilupp ta' l-industrija tat-turizmu tixbah hafna l-hajja ta' wiehed mill-akbar qaddisin tal-Knisja Kattolika: Santu Wistin - Isqof ta' Hippo. Bniedem ateu li f'zghozitu harbat dinja fis-sensi kollha tal-kelma izda, li fil-milja taz-zmien, sar Nisrani, bniedem ezemplari, duttur tal-Knisja.
Bhal Santu Wistin, l-industrija tat-turizmu f'Malta u kullimkien ghandha qrara x'taghmel.
Bl-onesta' kollha ghandha tistqarr li mat-tajjeb u mal-gid li wettqet kienet ukoll kagun ta' zbalji u hsara rreparabbli. Mis-snin sittin 'l hawn witjiet kbar l-aktar f'xatt il-bahar Mediterran inbidlu f'oceani ta' bini u siment.
Izda kif lill-Santu Wistin niftakruh l-aktar ghat-tajjeb li ghallem u ghamel, u mhux ghall-bluhat ta' zoghzitu, hekk ukoll ghandna napprezzaw u nivvalorizzaw l-industrija tat-turizmu.
Maz-zmien kemm fid-dinja kif ukoll f'Malta dahlet mewga gdida ta' hsieb. Intbahna li l-izvilupp zejjed u barra minn loku kien qed ihassar l-istess attrazzjonijiet li n-nies kienet issiefer biex tara' u tgawdi.
Rizultat ta' din il-mewga gdida kienet it-tnedija tas-sena 2002 mill-Gnus Maghquda bhala s-Sena Internazzjonali tal-Ekoturizmu.
Ftit aktar minn tlett snin ilu l-Ministeru kkummissjona studju dwar kemm jifilhu turizmu l-Gzejjer Maltin. Studju lest li jigi publikat hmistax ohra.
Studju li minnu diga' hareg frott ghaliex hu l-bazi tal-politika tal-Gvern ghall-izvilupp turistiku. Politika deciza mill-Gvern f'April li ghadda. Politika mpernjata fuq il-principji ta' zvilupp sostenibbli li ghandha bhala mira espansjoni kontrollata.
Kull progett li jitressaq irid l-ewwel ighaddi l-ezami tal-MTA u biss jekk ighaddi minnu jersaq ghall-konsiderazzjoni tal-Awtorita' ta' l-Ippjanar.
M'ahniex qed nitkellmu biss dwar it-teorija. It-Turizmu, sew permezz tat-tfassil tal-politika mill-Ministeru kif ukoll mill-progetti tal-MTA qieghed ihaddem pjan li jorbot lit-turizmu man-natura.
Dan li ghandi f'idi hu pjan kummissjonat mill-MTA biex tithejja strategija ghall-qawmien tal-Buskett. Post li hu ta' valur ekologiku kbir kif ukoll santwarju ta' l-ghasafar. L-MTA ivvutat flus biex isiru xi tiswijiet urgenti fil-hitan tas-sejjiegh.
Ukoll mad-Dipartiment tal-Agrikoltura l-MTA qed tghin fir-ristawr tal-funtana tal-ajkla fil-Gonna ta' San Anton u qed thejji pjan ghat-tishih u titjib ta' Gnien Herbert Ganado fil-Furjana. F'Ghawdex qed isir xoghol fil-gonna ta' Villa Rundle.
Ghas-Sena Internazzjonali tal-Ekoturizmu fuq proposta tieghi l-Kabinett approva li jithejja programm ghas-sena, ko-ordinat mill-Ministeru tat-Turizmu, u li fih jiehdu sehem il-Ministeri kollha u l-entitajiet li jaqghu tahthom.
Bhalissa qed jitfassal programm, li jixxandar aktar tard din is-sena, li jinvolvi wkoll il-hidma ta' kull min jista' jaghti kontribut bil-ghan li meta taghlaq l-2002 Malta tkun ftit ahjar milli tkun fil-bidu taghha.
Il-hidma tal-Ministeru u tal-MTA tinfirex ukoll mal-Kunsilli Lokali. Ma' dak taz-Zurrieq qed isir xoghol fuq it-tindif tas-sit arkeologiku tax-Xarolla u hemm proposta ghall-wirja permanenti fil-mithna tax-Xarolla.
Qed isir xoghol ta' tisbih fis-salib tal-Gholja u l-Kappella tal-Providenza (KL Siggiewi), Kappella ta' Bingemma (KL Mgarr), l-Ghajn ta' Bendu (KL Fontana), Kappella tal-Maddalena (KL Dingli).
Gew allokati fondi ghar-ristawr tal-Monument ta' Alexander Ball fil-Barrakka, tal-Villa Rumana, ghal strategija fit-tul ghall-Muzewijiet ta' Ghawdex u tlestija ta' pjanti ghat-tishih tal-Palazz tal-Inkwizitut, kif ukoll rapport dwar it-turizmu fil-Kottonera li jigi mdahhal f'Master Plan li qed titlesta mill-Kumitat ghar-Rijabilitazzjoni tal-Kottonera.
Mal-Ministeru ghal Ghawdex, l-MTA qed tfassal hames passiggati fil-kampanja u ktejjeb li jiddeskrivi u jaghti taghrif ta' interess. L-istess f'Malta.
Fl-1988 kont introducejt il-Blue Dolphin of Malta Trophy, gara fotografika ghall-ghaddasa. Ma baqghetx issir. Ser nergghu nvarawha. L-isport tal-ghads, popolari hafna fost it-turisti, hu parti integrali mill-ekoturizmu.
L-Agroturizmu hu parti mill-ekoturizmu. F'Malta, peress li ftit huma l-bdiewa li jghixu f'irziezet m'hemmx lok ghal ekoturizmu kif prattikat f'pajjizi fejn min jahdem ir-rabgha jghix fiha u minnha.
Izda nistghu niehdu certi aspetti biex nipprezervaw il-wirt kulturali genwin tal-irhula Maltin; naghtu xhieda ta' l-ospitalita' tal-poplu Malti, noffru prodott alternattiv, specjalment ghas-suq tal-gruppi li jzuru l-mixtliet tad-dwieli, fejn jigi maghsur iz-zebbug, minsug in-newl u mahduma il-bizilla.
Il-gimgha li ghaddiet hadt sehem f'konferenza tad-WTO bi tlestija ghall-konferenza dinjija dwar l-Eko-turizmu li ser isir f'Quebec fl-2002. Fost il-kelliema kien hemm Professur Ciprijott Alexis Saveriades li fir-relazzjoni tieghu dwar "Developing the Agrotourism (Rural Tourism) Product" tenna li f'pajjizu qed tinghata importanza, fost hwejjeg ohra, ghall-izvilupp ta' progetti turistici ancillari biex b'hekk tissahhah il-fama u d-dehra tal-prodott turistiku. Fost dawn il-progetti l-Professur Saveriades semma l-golf courses.
Izda f'Malta f'certi ambjenti meta ssemmi l-golf courses qisek qed tidghi. Nirrispetta l-opinjoni ta' kulhadd izda ma naccettax min jghawwigli kliemi. Iva, jien nemmen, u hawn hafna u hafna bhali, li jemmnu u jaghrfu l-gid ghall-industrija li jigi mill-fatt li f'pajjizna ikollna aktar korsi tal-golf.
Bermuda gzira izghar minn Malta ghandu 13 il-korsa tal-golf. Kull meta staqsewni dwar progett jew iehor ghidt li mhux xoghli li nistharreg l-aspetti ambjentali, l-impatt ta' telf ta' art agrikola, ta' uzu ta' ilma. Hemm min jifhem aktar minni, jispecjalizza u ghandu d-dmir jiddecidi, u lest noqghod fuq fehmtu.
Li mhux accettabbli hu d-dewmien fl-ittehid tad-decizjoni (hawn min ilu jistenna sitt snin u aktar) kif ukoll li skond uhud, donnu m'hawnx roqgha art li tista' tigi zviluppata bhala korsa tal-golf.
M'hemmx bzonn tkun espert. Morru l-Marsa llum. Harsu lejn korsi tal-golf fuq it-TV u ghiduli jekk il-hdura li hemm il-Marsa ssibhiex fix-xuttagni u l-ghera tal-kampanja Maltija.
Ghiduli jekk billi thaddar u tkabbar sigar u haxix, kif ghamel il-Gran Mastru Verdala li kabbar sigar u haxix fejn qatt ma kien hemm xejn fil-Buskett, kienx qed ihares u jtejjeb l-ambjent, jew inkella jaghmel hsara ghax "znatura" il-holqien t'Alla bil-hidma tal-bniedem?
Kif dawk li wasslu lil Santu Wistin jikkonverti kellhom is-sodisfazzjon taghhom, hekk ukoll ghandhom ikunu sodisfatti u juru l-apprezzament taghhom dawk kollha li hadmu bis-shih, f'Malta u barra minn pajjizna biex l-industrija tat-turizmu taqleb il-folja u tiehu xejra gdida.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN