Left arrow Go Back

DISKORS MIS-SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU TA' L-INTERN, IL-PERIT GEORGE PULLICINO WAQT IT-TNEDIJA TA' ZEWG INIZJATTIVI GODDA FL-OKKAZJONI TAL-WORLD TOWN PLANNING DAY

pr1652
Date Icon 08/11/2001

Fl-okkazjoni tal-World Town Planning Day illum qed jigu mnedija zewg inizjattivi li permezz taghhom ghandu jgawdi l-ambjent ta' pajjizna.

Dawn huma:

1. Integrated Heritage Management System, sistema komputerizzata ta' database fuq il-Wirt nazzjonali,

2. 'Environmental Initiatives in Partnership', skema li permezz taghha flus li gabret l-Awtorita' tal-Ippjanar minn diversi progetti jintuzaw ghal progetti favur l-ambjent ta' pajjizna.

L-Integrated Heritage Management System tinvolvi shubija bejn l-Awtorita ta' l-Ippjanar, id-Dipartiment ghall-Harsien ta' l-Ambjent, id-Dipartiment tal-Muzewijiet, ic-Centru ghar-Restawr u l-Unit tar-Restawr tad-Dipartiment tax-Xogholijiet, b'kollaborazzjoni ma' ghaqdiet mhux governattivi, biex titwaqqaf sistema kompjuterizzata u accessibbli ghall-partijiet kollha involuti u eventwalment anki ghall-pubbliku permezz ta' l-internet. B'hekk dawn l-entitajiet ser ikunu jistghu jaghmlu uzu mill-istess rizorsi ghal skopijiet ta' dokumentazzjoni, ta' restawr u ta' infurzar. Ir-rwol ta' l-ghaqdiet hija mportanti minhabba l-esperjenza taghhom.

L-Integrated Heritage Management System ser tintegra taghrif ta' esperti flimkien, sabiex tigi eliminata duplikazzjoni tax-xoghol u titnaqqas il-burokrazija. Il-qsim ta' taghrif ser inaqqas inventarji voluminuzi fil-waqt li l-introduzzjoni ta' sistema digitali ser tizgura li din id-data tkun tista tespandi.

Ghan iehor tas-shubija huwa li titkabbar l-accessibilita ghall-informazzjoni lill-pubbliku specjalment sabiex tigi promossa l-edukazzjoni ambjentali kif ukoll l- partecipazzjoni nfurmata fil-process ta' l-ippjanar, specjalment minn ghaqdiet diet mhux governattivi.

It-tieni inizjattiva 'Environmental Initiatives in Partnership' ghandha l-iskop li tfassal qafas li permezz tieghu fondi migbura bhala kundizzjoni ghal hrug ta' permess jew li jingabru ghax xi kundizzjoni tal-permess tkun inkisret jintuzaw ghall-beneficcju ta' l-ambjent naturali u kulturali. L-ammont totali ta' flus li bhalissa ghandha l-Awtorita jammonta ghal madwar nofs miljun lira.

Din l-iskema ghalkemm qed titwaqqaf bl-inizjattiva tal-A.P. se jissiehbu fiha agenziji ohra tal-gvern, ghaqdiet mhux governattivi u kunsilli lokali skond il-progett.

Sa llum diga gew identifikati numru ta' inizjattivi li l-flus ghalihom se johorgu minn progetti li gew approvati hafna drabi vicin dik l-istess.

L-Awtorita ta' l-Ippjanar ser tibda tikkordina u taghmel supervizjoni fuq dawn ix-xogholijiet biex tizgura li dawn il-fondi jigu wzati ghall-progetti indikati. Fil-fatt, mhux inqas minn 80% minn kull fond jrid jintefaq ghal xogholijiet fuq is-sit. B'hekk jigi zgurat li l-flus ma jintefqux fuq tfassil ta' rapporti jew amministrazzjoni.

Il-progetti ippjanati huma varji u jinkludu restawr ta' fortifikazzjonijiet u siti arkeologici, riabilitazzjoni ta' widien, progetti ta' afforestazzjoni, il-holqien ta' zoni ta' konservazzjoni marittima u ta' sikka artificjali, it-tisbih ta' pjazza f'San Giljan kif ukoll l-ghazla ta' zoni li jistghu jintuzaw mill-pubbliku ghal skopijiet rikreattivi.

Dawn l-inizjattivi huma mifruxa ma' Malta u Ghawdex sabiex ikunu l-hafna li jhossu l-impatt posittiv fl-ambjent u l-postijiet storici ta' pajjizna.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow