DISKORS TAS-SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU TA' L-INTERN, IL-PERIT GEORGE PULLICINO, WAQT IT-TNEDIJA TA' SKEMA TA' REGISTRAZZJONI VOLONTARJA GHALL-BELT VALLETTA, FLORIANA, BIRGU, BORMLA U L-ISLA
Il-popolazzjoni fil-Belt Valletta, Floriana u t-tlett ibliet naqset bi kwazi 20 fil-mija bejn l-1985 u l-1995. Ic-censiment ta' l-1995 wera li l-ikbar tnaqqis sehh fil-Belt Valletta (22 fil-mija) u l-inqas fil-Birgu (14 fil-mija). Il-percentwali tad-djar vojta fil-hames kunsilli lokali hija ta' 20 fil-mija: l-oghla huwa fil-Belt Valletta u l-Birgu (23 fil-mija) u l-inqas fl-Isla (17 fil-mija). Filwaqt li l-percentwali tal-bini vojt f'dawn il-hames kunsilli lokali huwa simili ghal dak fuq livell nazzjonali, hemm differenza kbira bejn l-istat tal-bini vojt fil-hames kunsilli lokali u l-bqija tal-pajjiz.
Filwaqt li fuq livell nazzjonali 26 fil-mija tal-bini vojt ghandu bzonn tiswijiet jew jinstab fi stat dilapidat, fil-hames kunsilli lokali din il-percentwali hija ta' 63 fil-mija. Ghalhekk minbarra l-problemi li hemm assocjati ma' bini vojt, bhal per ezempju problemi ta' bosta sidien jew is-sidien kollha ma jkunux maghrufa, dawn il-hames kunsilli ghandhom problema specifika rigward l-istat tal-bini vojt.
L-iskema li qed tigi mnedija illum hija pass iehor biex tkun indirizzata ahjar ir-rigenerazzjoni ta' dawn il-lokalitajiet. Kull min japplika biex jirregistra l-proprjeta` tieghu taht din l-iskema, minbarra li jiggwadanja minn sussidju ta' l-ispejjez tar-registrazzjoni u l-preparazzjoni tal-pjanti ghar-registrazzjoni, se jkun intitolat ghal incentivi li l-Gvern jista' jniedi 'l quddiem specifikament ghal dawn il-hames lokalitajiet biex jiffacilita n-negozju u/jew ir-rigenerazzjoni tal-proprjeta` li jinsabu fihom. Bil-proprjeta li se tkun registrata tinbena database li taghti kwadru ahjar tal-proprjeta` li tinsab f'dawn il-lokalitajiet.
Nixtieq nirringrazzja lil-Kunsilli Lokali tal-hames lokalitajiet involuti fl-iskema li ser jaghtu l-ghajnuna taghhom biex l-iskema tithaddem tajjeb.
Perswaz li l-isforz taghhom, flimkien ma' dawk tar-Registru ta' l-Artijiet fi hdan il-Ministeru ta' l-Intern u l-Progett ghar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta fi hdan il-Ministeru ta' l-Ambjent ser jghinu biex tkun indirizzata ahjar il-problema tal-bini vojt fil-hamest ibliet ghall-beneficcju tas-sidien u tar-residenti.
Nota: Il-figuri msemmija f'dan id-diskors ittiehdu kollha mir-Rapport tac-Censiment ta' l- 1995
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN