Left arrow Go Back

Ipprezentat id-Draft tal-Politika Ekonomika ta’ Malta

pr1648
Date Icon 07/11/2001
Waqt konferenza ta’ l-ahbarijiet indirizzata mill-Ministrughas-Servizzi Ekonomici, Prof. Josef Bonnici, gie pprezentat draft ta’ dokument li jigbor fih il-politika ekonomika ta’ pajjizna (Industrial Policy Document).
Dan id-dokument jigbor fih l-istrategija li ghandatkun addottata ghat-tkattir u l-izvilupp industrijali f’pajjizna. Il-Ministru Bonnici semma li dan id-dokument fost l-ohrajn jinkorpora fih strategija regjonali u internazzjonali dettaljata. Il-Ministru ghas-Servizzi Ekonomici tenna fuq l-importanza li pajjizna jsir membru shih fl-Unjoni Ewropea halli r-relazzjoni ta’ Malta ma’ l-istess Unjoni tkompli tissahhah. Il-Ministru Bonnici qal li llum il-gurnata, d-dinja qed thares aktar lejn tip ta’ ftehim regjonali u mhux aktar lejn tip ta’ ftehim bilaterali.
Id-Dokument dwar il-politika ekonomika ta’ pajjiznajsemmi wkoll il-Business Promotion Act. Il-Ministru Bonnici tenna li bl-introduzzjoni ta’ dan l-Att, kumpaniji li jkunu nteressati li jinvestu ghall-ewwel darba f’pajjizna qed jinghataw diversi tax benefits, bhal per ezempju: kumpanija gdida tibda thallas taxxa ta’ 5% fl-ewwel seba’ snin, fuq il-profitt minflok bir-rata normali - dik ta’ 7%. B’rabta mal-BPA, id-Dokument dwar il-politika ekonomika ta’ pajjizna (IPD) jsemmi wkoll is-settur tal-manifattura, liema settur qed jinghata importanza specjali mill-Gvern prezenti. Il-Ministru Bonnici sahaq li dawn it-tip ta’ kumpaniji li ma jiddependux fuq is-suq lokali, ihallsu pagi attraenti, jinvestu aktar, kif ukoll jimpjegaw aktar nies.
Waqt din il-prezentazzjoni, issemma wkoll ir-rwol tas-SocialPartner. Hawnhekk, il-Ministru Bonnici qal li dan id-dokument jinkorpora fih studju li jasal ghall-konkluzjoni li aktar kemm pajjizna jkollu ekonomija miftuha u kompetittiva, il-qaghad f’pajjizna jonqos aktar.
Il-Ministru Bonnici rrimarka li triq ohra li mhiexshubija fl-Unjoni Ewropea ma tistax tassigura li jintlahaq il-livell medju ta’ ghixien Ewropew qabel 75 sena ohra. Hu sahaq li dan u inaccettabli u ghalhekk tenna l-importanza li pajjizna jissieheb fi hdan l-Unjoni, liema triq taf tqassar dan iz-zmien bhal fil-kaz ta’ l-Irlanda u pajjizi ohra membri fl-Unjoni Ewropea.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow