DISKORS MILL-ONOR. EDWIN VASSALLO, SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU GHAS-SERVIZZI EKONOMICI DWAR LAQGHAT MAS-SETTUR KUMMERCJALI FIL-KOMUNITAJIET RIGWARD IN-"NORTH WEST LOCAL PLAN" – AUBERGE D’ARAGON, IL-BELT VALLETTA
| Din hija skema ta' laqghat li dan l-ahhar sentejn impenjana l-hidma | tieghi u ta' l-Small Business Unit, li gie mwaqqaf propju biex ikun ta’ ghajnuna ghas-settur kummercjali. L-ghan ta’ din l-iskema ghandha l-impenn li tipprovdi l-opportunita' kollha lis-settur kummercjali biex jaghti sehemu fl-ippjanar ta’ dak kollu li jkun mahsub ghall-izvilupp tal-komunita' fejn jahdem. Ghalhekk kien dmir dan id-Dipartiment li joffri wkoll l-okkazjoni lil dawk kollha fis-settur kummercjali tal-komunitajiet milquta mill-proposti tan-North West Local Plan li joffru wkoll il-kummenti taghhom dwar dan id-dokument konsultattiv. |
| Ghalhekk bhala parti minn dan il-pjan ta’ | konsultazzjoni li sar flimkien ma' l-istess Awtorita' ta' l-Ippjanar, li offriet ukoll l-ghajnuna taghha permezz tal-Perit Joe Scalpello u ufficcjali ohra li kienu prezenti biex jisimghu lil min attenda u ha sehem fid-diskussjonijiet li saru. |
Il-laqghat saru f'dawn il-lokalitajiet:
- fil-Kunsill Lokali tal-Qrendi ghal dawk li jahdmu f’Wied iz-Zurrieq,
- fil-Kunsill Lokali tan-Naxxar ghal dawk li jahdmu fiz-zona ndustrijali (t’Alla w Ommu),
- fil-Kunsill Lokali tar-Rabat ghas-settur kummercjali tar-Rabat, ta' l-Imdina, ta' l-Imtarfa u ta’ Had-Dingli,
- fil-Kunsill Lokali ta' l-Imgarr ghas-settur kummercjali ta' l-Imgarr u tal-Mdina,
- fl-Iskola Primarja ta’ San Pawl b’kordinazzjoni mal-Kunsill Lokali ta’ San Pawl ghall-Komunita' kummercjali ta’ San Pawl, Qawra u Bigibba.
- fil-Kunsill Lokali tal-Mellieha ghas-settur kummercjali tal-Mellieha, u
- fl-Iskola Primarja tas-Siggiewi li ghaliha kienu mistiedna dawk interessati mill-izvilupp f’zoni rurali tas-Siggiewi, Qrendi u Haz-Zebbug.
| Jiena nirringrazzja lil dawn il-Kunsilli Lokali | bis-Sindki u l-Kunsilliera li attendew ghal-laqghat u taw sehemhom. Jiddispjacini li fil-Kunsill Lokali tas-Siggiewi jidher li ma kienx hemm qbil bejn il-kunsilliera li din il-laqgha ssir fil-Kunsill u ghalhekk saret fl-Iskola Primarja tal-lokal. Jidher li ma' dan il-Kunsill irridu nkomplu nahdmu izjed biex infehemuh li din il-laqgha ma kienetx ta’ beneficcju ghall-Gvern izda ghall-istess settur kummercjali li kien qieghed jinghata opportunita' li jaghti l-proposti tieghu fuq pjan konsultattiv ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar. Issa kien il-mument li wiehed jaghti l-opinjonijiet tieghu qabel ma dan il-pjan isir pjan regolatur li jrid iservi ghal ghaxar snin. |
| Ghalhekk inrodd hajr lill-Kunsilli Lokali li gharfu | l-htiega li jiehdu sehem u jghinu biex dan l-ezercizzju jsir ghaliex hekk taw servizz lill-komunitajiet kummercjali taghhom biex jaghtu l-proposti taghhom dwar dan il-pjan ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar. Hekk ukoll irrid nirringrazzja lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar li ghenet u ghamlet possibbli li dawn il-laqghat isiru. Grazzi wkoll lil dawk kollha li attendew u hadu sehem flimkien ma' l-Small Business Unit li ghal darba ohra kienet disponibbli u ghamlet possibbli opportunita' ohra ta’ konsultazzjoni . |
Rimarki generali li laqtuni minn dawn id-diskussjonijiet:
1) Htiega ta' l-ghaqda fost is-setturi kummercjali li jahdmu f’komunita' wahda.
Kemm huwa mehtieg li setturi differenti tal-kummerc jahdmu flimkien. Ma jistax ikollna komunita' maqsuma f’diversi setturi, kulhadd jipprova jigbed ghalih. Meta qeghdin nikkompetu qeghdin nikkompetu flimkien kontra lokalitajiet ohra. Ma baqax izjed raguni li niggieldu bejnietna f’komunita' wahda. Hekk ilkoll flimkien qed nikkompetu kontra pajjizi ohra. F'lokalitajiet turistici ma jistax ikollna setturi jikkonfrontaw lil xulxin. Irrid nghid li filwaqt li ma ghandniex xi hafna kazijiet fejn dan qieghed jigri, rridu niehdu hsieb li ma jkollniex kazijiet fejn issehh il-firda fis-suq.
Qieghed nghaddi dan il-kumment mhux ghaliex f’dawn il-laqghat iltqajt ma' xi kaz specifiku, izda ghaliex nemmen li din hija htiega mmedjata li kull min irid jara li dan il-pajjiz isir kapaci jikkompeti, allura rridu naraw li s-settur kummercjali taghna jibda jifhem aktar il-htiega ta’ kordinazzjoni ta’ strategija komuni bejn dawk li ghandhom ihossuhom imsiehba flimkien li qeghdin jikkompetu flimkien.
Permezz ta’ din il-hidma, lkoll nibdew naghrfu li rridu nkunu jimpurtana minn xulxin jekk qeghdin nahdmu w armati qrib ta’ xulxin. Dan l-ezercizzju jkolli nghid li seta' ghen lil dawk li kienu prezenti biex jifhmu aktar il-htiega li jikkollaboraw izjed flimkien u jitkellmu favur proposti flimkien. Dan huwa l-qofol tal-bidu ta' l-izvilupp tal-Politika Mprenditorjali f’pajjizna.
2) Ghall-izvilupp industrijali ta’ pajjizna ghandna bzonn naghtu prijorita' ghall-bini ta' zoni ndustrijali.
Punt li laqatni dwar dawn il-laqghat kien dwar l-allokazzjoni ta’ zoni ndustrijali. Fl-ebda punt ma jidher li f’dawn il-proposti, l-Awtorita' hasbet dwar kemm tista' tkun id-domanda ghall-izvilupp ta’ bini ndustrijali u zoni ndustrijali li ghad ikollna bzonn. Nghid hekk ghaliex ghall-ebda komunita' ma deheret il-proposta li jinghata spazju fejn fil-qrib tal-lokalita' jithalla spazju ghall-zoni ndustrijali.
L-unici zewg proposti li ssemmew kienu ghal zona fil-Mellieha, (li ghaliha l-Awtorita' pproponiet barriera li qieghda fi triq principali, l-by-pass Tal-Mellieha u li dwarha kien hemm oggezzjonijiet mir-residenti tal-qrib) kif ukoll kien hemm suggeriment dwar zona ndustrijali maghrufa bhala T’Alla w Ommu fil-limiti tan-Naxxar.
Dwar il-proposta taz-zona ndustrijali fil-Mellieha, l-Kunsill diga' kien ippropona li din iz-zona ndustrijali ghandha tkun allokata f’zona ohra fil-qrib in-naha l-ohra fejn hemm barriera antika li mhux qieghda tintuza. Fil-laqgha dan is-suggeriment rega' hareg u ser jerga' jkun propost lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar.
Dwar il-proposta taz-zona kif maghrufa t'Alla w Ommu fil-limiti tan-Naxxar, skond il-proposti ser tkun l-unika zona mdaqqsa allokata ghall-industrija zghira (garage industry) li trid tilqa' fiha u tkopri d-domanda ghall-ispazju ndustrijali ghan-naha kollha ta’ Malta li jkopri dan ir-rapport. Hawn personalment innotajt li dan l-ispazju mhux ser ikun bizzejjed biex jilqa' ghad-domanda li ghad ikollna f’cirkustanzi fejn s’issa ghandna nahsbu li miz-zona residenzjali titnehha kull attivita' li hija ndustrijali.
Nistaqsi kif ser naghmlu tajjeb ghad-domanda ta’ spazju ndustrijali ghal dawk kollha li qeghdin jahdmu fis-Siggiewi, Haz-Zebbug, Rabat, Qrendi, Mosta, Naxxar, San Pawl il-Bahar, Mellieha, Mgarr u Had-Dingli. Dawn kollha huma komunitajiet fejn joholqu x-xoghol, fejn diga' llum ghandna problemi kbar f’dawn il-komunitajiet bl-enforcement notices li qeghdin jintbaghtu mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar. F’dawn il-lokalitajiet ghandna problemi li s’issa ghad ma ghandniex spazju fejn nistghu npoggu lil min qed jinhariglu l-enforcement notice u ma jistax jibqa' jahdem izjed fejn qed jahdem s’issa. Naghmel din il-mistoqsija ghaliex fil-proposti ta' l-Awtorita' jidher li l-unika zona ndustrijali li qed tkun maghzula biex tirrispondi ghal din id-domanda hija dik iz-zona t’Alla w Ommu fin-Naxxar.
Ma' din il-proposta hekk ristretta ma nistax naqbel. Din iz-zona fil-lokalita' tan-Naxxar ma jistax ikun li tiehu lil dawk kollha li ser isibuha difficli li jahdmu f’dawn iI-lokalitajiet kollha li diga' semmejt u dan ghaliex:
a. Mhux kull negozjant li qed jahdem diga' f'lokalita' u li ghandu l-klijentela u xogholu milhuq mill-kummerc taz-zona li qed jahdem qribha jista' facilment jiccaqlaq ghal zona ohra. Per ezempju, mhux daqshekk facli li mechanic tat-trakkijiet fl-Imgarr jew fin-naha ta’ Haz-zebbug tista' tghidlu jmur in-Naxxar u dan jirnexxi;
b. Iz-zona ndikata fin-Naxxar diga' hija kwazi kollha okkupata minn industriji li hemm f’dan il-waqt. Dan iwassal biex minkejja li din iz-zona hija proposta biex tkun il-post fejn jista' jkun hemm zona ndustrijali ghal negozji zghar, ftit li xejn ser ikun hemm spazju gdid fejn jinbnew garaxxijiet godda mmedjatament. Dan ghaliex hemm barrieri li ghad baqghalhom hafna izjed zmien li jistghu jinhadmu. Ghalhekk din iz-zona mhux ser tkun bizzejjed biex tilqa' t-talba ghall-ispazju ndustrijali li nehtiegu llum u li jista' nkunu nehtiegu ghada; u
c. Proposta ohra li qed tressaq l-Awtorita' ta' l-Ippjanar hija li f’din iz-zona t' Alla w Ommu fil-ftit spazju li baqa' mhux mibni ghandu jkun imholli ghall-attivita' ta’ agro-industrija. Bil-barrieri tant fil-qrib li ghad iridu jibqghu jahdmu ma jistax ikun li jkollok l-izvilupp tant fil-qrib ta' l-agro-industrija. Ghal din it-tip ta’ attivita' kummercjali gie propost waqt il-laqgha li hemm bizzejjed raba' ftit 'il boghod li jista' jintuza ghal din ir-raguni. Din l-art ghall-iskop industrijali ma ghandhiex tkun moghtija ghal spazju iehor hlief ghall-attivita' ndustrijali. Jekk ma jsirx hekk allura ser terga' tonqos l-art ghall-fini ndustrijali li diga' hija ristretta hafna f’din l-istess zona li hija l-unika wahda maghzula biex tilqa' fiha l-bini ta' zona ndustrijali.
Qed nghaddi dawn il-kummenti ghaliex kemm-il darba l-proposti ta' l-Awtorita' jghaddu kif gew imhabbra, jiena perswaz li ser niffaccjaw problema ta’ nuqqas ta’ spazju ndustrijali. Il-parti ta’ Malta li hija rregolata b'dawn il-proposti hija parti li fiha nsibu hafna attivitajiet kummercjali li rridu niehdu hsiebhom. Irridu naraw li ma nkunux daqshekk hfief li nghidu facilment li ma ghandniex post l-attivita' ndustrijali fil-komunitajiet taghna.
Il-kritika tieghi b’mod generali lejn il-proposti ta' dan il-pjan hi wahda fejn nara zbilanc negattiv lejn l-attivita' ndustrijali. Nifhem li hemm prijorita' lejn l-izvilupp ambjentali ta’ dan id-dokument. Naqbel li ghandna naghtu mportanza ghall-ambjent izda rridu nifhmu li ghandna zvilupp industrijali x’niehdu hsieb.
Dan huwa pajjiz li jrid johloq ma' l-2000 impjieg gdid fis-sena. Dan huwa l-konflitt li rridu naraw li nwiegbu ghalih bil-ghaqal. Nifhem li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar hija konxja ta’ dak li qed taghmel meta tippjana ghall-ghaxar snin li gejjin ir-regolamenti li ser jirregolaw l-izvilupp f’pajjizna. Illum irridu nibdew inqisu li l-ippjanar ta' l-izvilupp bhala ppjanar ta’ kull zvilupp mhux biss dwar x’ser jinbena jew ma jinbeniex, izda wkoll dwar xi zvilupp kummercjali u ndustrijali rridu f’pajjizna.
Tkun problema ghal pajjizna kemm-ildarba jkollna Awtorita' ta' l-Ippjanar b’kuxjenza ambjentali biss. Nifhem li fuq kollox din hija l-izjed bicca xoghol iebsa li ghandha l-Awtorita' li ssib bilanc bejn il-prijorita' "ambjent" u l-htigijiet kummercjali u ndustrijali. Hawn hija l-isfida ta' l-Awtorita' llum.
Ma jistax ikollna biss proposti li jirregolaw b’mod rigoruz l-izvilupp kummercjali u ndustrijali ta’ pajjizna f’cirkustanzi fejn dan l-izvilupp illum u ghada izjed mil-lum, ed jinbiddlu l-hin kollu. Nemmen li tkun difficli kemm li jkollna regolamentazzjoni fuq l-attivita' kummercjali. Naghti ezempju: l-Awtorita' ghamlet differenza bejn binja li huwa "mahzen" jew "industrijali". Jiena nipproponi li ma nistghux naghmlu daqshekk insistenza fuq il-kelma li tiddiskrivi l-attivita' kummercjali. Irridu nhallu l-opportunita' li l-kummerc isib postu skond x’ikun vijabbli fil-mument. Jekk jasal zmien li l-attivita' ndustrijali ma tibqax vijabbli, ma jistax ikun li nzommu l-attivita' ta’ hazna milli taghmel il-qliegh jekk ikun dan is-settur li jkun huwa li qed ikun l-izjed vijabbli. Qieghed nghid dan biex nipproponi lill-Awtorita' biex tkun flessibbli kemm jista' jkun. Ejjew naraw li b’dawn ir-regolamenti ma jkunux regolamenti li jirristringu l-izvilupp izda li jqajjmu l-izvilupp.
L-uzu tal-barrieri
| Ghal din ir-raguni l-proposta li harget minn dawn | il-laqghat kienet proprju ndirizzata lejn l-uzu tal-barrieri li huma wieqfa: biex dawn minflok li jintradmu kif qieghed ikun issuggerit fil-proposti ta' l-Awtorita', filwaqt li jkunu qed jiehdu hsieb id-dehra ta’ l-ambjent, dawn il-barrieri ghandhom ikollhom il-possibbilita' li jinbnew fihom zoni ndustrijali. Hija hasra li f’dan il-pajjiz fejn l-ispazu huwa limitat li jkollhom barrieri mirduma. Nemmen li rridu nkunu aktar innovattivi fl-uzu alternattiv tal-barrieri. L-ambjent irridu nharsuh, izda x-xoghol ukoll irridu noholquh. Ghalhekk huwa mehtieg li jerga' jkun rivedut il-kaz tal-proposta dwar x’nistghu naghmlu bil-barrieri biex minnhom niehdu li nistghu. Jekk nistghu nibnu fihom bla ma nhassru l-ambjent, nemmen li nkunu qeghdin naghmlu l-ahjar li nistghu. |
| Jiena nawgura li dawn il-kummenti li gbarna minn | madwar dawn il-lokalitajiet li jirreferi ghalihom in-"North West Local Plan' ikun ta' uzu ghall-Awtorita' ta' l-Ippjanar. Din il-konsultazzjoni wiesgha li ghamilna nispera li tiswa ta' gid ghall-partijiet kollha u twassal biex ikun hemm qbil fuq il-politika li tkun qed taddotta l-Awtorita' ta' l-Ippjanar. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN