Left arrow Mur Lura

GĦOTJA LILL-ISPTAR SAN LUQA MILL-GĦAQDA NAZZJONALI ĠENITURI TA' PERSUNI B' DIŻABILITÀ

pr1637
Date Icon 06/11/2001
Il-Gvern ħa ħsieb biex l-isptar il-ġdid kollu kemm hu jkun aċċessibli għal persuni bi bżonnijiet speċjali. Dan qalul-Ministru tas-Saħħa, Dr. Louis Deguara, meta kien qiegħed jirċievi donazzjoni ta' tlett televisions u tlett video recorders mingħand l-Għaqda Nazzjonali Ġenituri ta' Persuni b'Diżabilità fl-okkażjoni tal-25 anniversarju mit-twaqqif tagħha. Il-Ministru qal li l-Gvern hu dejjem rikonoxxenti lejn dawk l-għaqdiet mhux governattivi li jħossu li għandhom jagħtu sehemhom biex dawk anqas ixxurtjati minna jkunu jistgħu jgħixu ħajja aħjar. F'dan il-każ din l-Għaqda ħasset li għandha tagħmel din l-għotja lis-sala ta' Disneyland, fl-Isptar Karen Grech, biex it-tfal morda f'din is-sala jkunu jistgħu jqattgħu ħinhom b'aktar mod pjaċevoli. Il-lum spiċċa ż-żmien li tfal bi bżonnijiet speċjali jinżammu mistura ġewwa djarhom. Dan fehemuh kemm il-ġenituri ta' dawn it-tfal, kif ukoll is-soċjetà li aktar ma jgħaddi ż-żmien qegħda aktar tirrikonoxxi li dawn il-persuni huma persuni b'dinjità daqs ħaddieħor. Il-Gvern minn naħa tiegħu hu impenjat li joħloq strutturi biex dawn il-persuni jiġu integrati fis-soċjetà u hekk iħossu ruħhom parti mis-soċjetà u jgawdu drittijiet daqs ħaddieħor. Il-Ministru tas-Saħħa filwaqt li rringrazzja lill-Sur Marcel Pisani, President u lis-Sinjorina Monica Debono, Teżoriera ta' l-Għaqda Nazzjonali Ġenituri ta' Persuni b'Diżabilità għall-din l-għotja awgura li għaqdiet oħra jsegwu l-eżempju ta' din l-għaqda u jkunu parteċipi f' soċjetà li trid li ħadd ma jibqa` lura.
Background note follows Background note: National Parents' Society for Persons with Disability The National Parents Society for Persons with Disability was set up in October 1976 as the Kindergarten for Handicapped (Parents' Group) by 5 parents together with Ms Frances Ryan, a Psycho-Motor Therapist who took an active interest in children with disability and who served as the 1st President of the group until she left Malta in 1982. The Group was set up as a self-help group to support other parents and to create public awareness on issues of disability within our society. Over the years the group developed both in terms of membership (today reaching the figure of over 300 family members) and in terms of the goals it sets itself, for the achievement of full inclusion of persons with disability in society. Over the years the society achieved several important milestones amongst which the setting up of the Foundation for Respite Care Services in 1990 which in term opened 'Daril-Kaptan' on the 10th November 1991, from where the foundation delivers its essential respite services.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow