IL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX JIKKUNDANNA L-ĦRUQ FIL-QORTIN, GĦAWDEX
Hemm suspetti serji li l-ħruq fil-Miżbla tal-Qortin fix-Xagħra Għawdex waqt il-lejl ta' bejn is-Sibt 3 u l-Ħadd 4 ta' Novembru ġie kkaġunat intenzjonalment minn persuna jew persuni mhux magħrufa. Għalhekk, il-Ministeru għal Għawdex jikkundanna bis-sħiħ dan l-aġir irresponsabbli li wassal għal nirien kbar fil-Miżbla tal-Qortin, fix-Xagħra Għawdex.
Immedjatament minn x'ħin ġie nfurmat, id-Dipartiment għall-Proġetti u Żvilupp fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex, għamel dak kollu li seta' biex in-nar jintefa' mill-aktar fis possibbli. B'xorti ħażina, in-nar tant kien mifrux ma' diversi bnadi li kien diffiċli ħafna li wieħed jevita l-konsegwenzi li sfortunatament setgħu rriżultaw minn dan l-att vandalu. Bil-każ ġiet infurmata l-Pulizija t'Għawdex li min-naħa tagħha qed tagħmel l-investigazzjonijiet meħtieġa.
Mill-ġdid il-Ministeru għal Għawdex jikkundanna u jiddeplora bis-sħiħ dan l-att irresponsabbli illi seta' wassal mhux biss biex inħolqu nkonvenjenti kbar lir-residenti tax-Xagħra imma wkoll dannu għas-saħħa u l-ambjent.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN