NAGHTU L-QALBA TA' L-IBLIET LIR-RESIDENTI TAGHNA
"Irridu naghtu l-qalba ta' l-ibliet taghna lir-residenti." Dan qalu l-Ministru tal-Gustizzja u Gvern Lokali Austin Gatt meta nieda progett pilota ghal skemi ta' Parkegg ghar-residenti u l-kommunità kummercjali, liema progett ser isir fir-Rabat (Città Victoria) u l-Fontana.
Il-Ministru Gatt sahaq li Gvern ghaqli huwa Gvern li joffri soluzzjonijiet ghal problemi li jezistu. Wahda mill-problemi li kibru maghna tul is-snin hija dik marbuta mal-volum kbir tat-traffiku u l-ipparkjar. Huwa rrefera ghas-sitwazzjoni f'certi zoni bhala wahda ta' dizorganizzazzjoni u din id-dizorganizzazzjoni minbarra li tohloq inkonvenjent kbir lir-residenti, qed tohloq problemi kbar lil tal-hwienet u lill-kommunità kummercjali kollha.
Dr. Gatt sostna li l-iskema pilota li giet mnedija u li ser tidhol b'effett mis-27 ta' Novembru ghandha twassal biex nibdew niddiskrimnaw b'mod pozittiv favur ir-residenti li, minghajr dubju, ilhom ghal dawn l-ahhar snin isofru kawza ta' l-problemi marbuta mal-volum kbir ta' karrozzi.
Dettalji dwar l-iskema
Din l-iskema ser isservi bhala l-bazi ghal skemi ohra simili f'Malta u Ghawdex fejn minhabba kongestjoni ta' karozzi, jenhtiegu skemi li jaghmlu ehfef ghar-residenti u vizitaturi - l-aktar xerrejja u klijenti ta' centri kummercjali - biex jipparkjaw.
L-iskema ta' parkegg residenzjali u kummercjali fir-Rabat u l-Fontana hi bbazata fuq limitazzjoni bil-hin tal-parkegg fic-centru kummercjali u amministrattiv tal-belt, hlief ghar-residenti ta' dawn it-toroq li ser ikunu ezentati mil-limitazzjoni fuq il-hin tal-parkegg.
Ir-residenti ser ikollhom 'Permess Residenzjali' imwahhal mal-windscreen tal-karozza taghhom li jidentifika dik il-karozza bhala propjetà ta' resident. Kull karozza ohra li tipparkja fiz-zona ta' parkegg limitat irid ikolla arlogg tal-kartun li juri l-hin li fih il-karozza waslet f'dak il-parkegg. Sid ta' karozza li gejja minn barra c-centru tar-Rabat u l-Fontana ikun irid icaqlaq il-karozza minn dak il-post qabel jiskadi l-limitu tal-hin (siegha fil-qalba nett, saghtejn f'zona madwar il-qalba). Il-parkegg kollu li jsir fil-limiti li juru s-sinjali tat-traffiku fil-madwar ikun kollu minghajr hlas. Lanqas m'hemm hlas ghal min jehtieg permess ta' resident.
L-iskema ta' parkegg residenzjali u kummercjali fir-Rabat u l-Fontana ser tibda tahdem nhar it-Tnejn, 26 ta' Novembru 2001. Sa dak inhar ir-residenti taz-zona centrali tar-Rabat u l-Fontana ser ikunu ircevew bil-posta l-permess li fuqu stess hemm identifikat in-numru tal-karozza li ghalih inhareg il-permess. (Il-limitazzjoni fuq il-hin tal-parkegg ma tapplikax ghal muturi, jew ghal karozzi li juru l-isticker li tidentifika sewwieq b'dizabilità).
Fil-jiem ta' qabel il-bidu ta' l-iskema u mill-bidu ta' l-iskema 'il quddiem, sewwieqa li jehtiegu jzuru r-Rabat u l-Fontana ser ikunu jistghu jigbru arloggi tal-kartun minn Kunsilli Lokali, Ghasses tal-Pulizija, Lukandi u minn fuq il-vapuri tal-Gozo Channel Ltd. L-arlogg jista' jinzamm fil-karozza u jerga' jintuza kull darba li jenhtieg.
Il-progett pilota ser jithaddem ghal madwar tlett xhur li matulhom ser issir konsultazzjoni mal-pubbliku u ma' dawk li jkunu esperjenzaw l-iskema biex tiddiehed decizjoni dwar it-titjib mehtieg halli skemi simili jkunu applikati kull fejn hemm bzonn madwar Malta.
Il-progett pilota fir-Rabat u Fontana qed jitmexxa minn Kumitat ta' Tmexxija li hatar il-Ministru tal-Gustizzja u Gvern Lokali Austin Gatt biex jaghmillu rakkommandazzjonijiet dwar skemi bhal dawn. L-ghan hu li jitejjbu l-kwalità ta' hajjet ir-residenti ta' zoni urbani b'kongestjoni qawwijja ta' karozzi u biex tkun mghejjuna l-attività kummercjali f'centri tradizzjonalment kummercjali li minhabba nuqqas ta' parkegg qed jitilfu l-kummerc ghal zoni f'aktar berah.
Il-Gvern qieghed fl-istess waqt jghin il-parkegg f'zoni amministrattivi billi qed jirrevedi l-politika tieghu dwar parkegg riservat ghal ufficjali ta' diversi korpi pubblici. Dan ser ifisser tnaqqis drastiku ta' parkegg riservat li fil-kaz tar-Rabat u l-Fontana ser jonqos b'aktar min-nofs tal-madwar 70 post prezentement riservati.
Il-progett fir-Rabat u l-Fontana qed isir wara studju dettaljat li sar mill-Kumitat ta' Tmexxija li applika metodologija li ser tkun ripetuta qabel l-introduzzjoni ta' kull skema simili ohra f'Malta u Ghawdex. Permezz ta' dan l-istudju seta' kien determinat kemm jezistu spazji fejn jista' jsir parkegg fir-Rabat u l-Fontana, kemm minnhom qed jintuzaw f'liem hin tal-gurnata, u jekk hux qed jintuza minn residenti, minn vizitaturi jew inkella minn min imur ir-Rabat u l-Fontana ghax jahdem hemm.
Il-konferenza ta' l-ahbarijiet kienet preseduta mill-Ministru ghall-Gustizzja u Gvern Lokali Austin Gatt. Attendew ukoll il-Ministru ghat-Trasport u Kommunikazzjoni Censu Galea, il-Ministru ghal Ghawdex Giovanna Debono, is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ta' l-Intern George Pullicino, is-Sindku tar-Rabat Paul Cassar u s-Sindku tal-Fontana Saviour Borg.
Il-Kumitat ta' Tmexxijja u kompost minn Emanuel Delia (Chairman) mill-Ministeru ghall-Gustizzja u Gvern Lokali, David Sutton mill-Ministeru ghat-Trasport u Kommunikazzjoni, Peter Ripard mill-Bord dwar il-Kontroll tat-Traffiku u Lucien Stafrace mill-Awtorità ta' l-Ippjanar.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN