Left arrow Mur Lura

JIBDEW ISEHHU EMENDI GHAL-LIGI DWAR L-IPPJANAR TA’ L-IZVILUPP

pr1615
Date Icon 01/11/2001

Mill-lum bdew isehhu numru ta’ emendi ghal-Ligi dwar l-Ippjanar ta’ l-Izvilupp. Dawn l-emendi huma ntizi biex izidu t-trasparenza u l-accountability fl-Awtorità ta’ l-Ippjanar. L-emendi, imweghda fil-programm elettorali tal-1998 u li ghaddew dan l-ahhar mill-Parlament ghandhom l-ghan ewlieni li jzidu l-access ghall-informazzjoni mill-pubbliku.

Access ghall-informazzjoni

L-emedi ser jizguraw li kull applikazzjoni ghalzvilupp tkun miftuha ghall-iskrutinju tal-pubbliku. Il-pubbliku, minghajr il-htiega li jkun akkompanjat minn perit, ser ikun jista’ jara r-rapporti dwar kull applikazzjoni, kull permess mahrug, il-pjanti u dokumenti rilevanti, kull rapport dwar l-impatt ambjentali, kull rapport dwar l-impatt tat-traffiku u kull dokument iehor li ghandu x’jaqsam ma’ kull applikazzjoni. Il-pubbliku ser ikun jista’ ukoll jitlob kopji tar-rapport ta’ l-applikazzjoni u l-permessi.
Dawn il-proceduri godda ser jikkumplimentaw is-servizzigodda li niediet dan l-ahhar l-Awtorità fuq il-web page taghha, servizzi li jaghtu l-opportunità lill-pubbliku li jnizzel minn fuq l-internet kull dokument, rapport u policy dwar l-ippjanar ta’ l-Awtorità.

Kummissjoni ghall-Kontroll ta’ l-Izvilupp

Bidla ohra radikali hija t-twaqqif ta’ iktar minn Kummissjoni ghall-Kontroll ta’ l-Izvilupp (DCC) wahda. S’issa l-unika Kummissjoni li kienet tezisti kienet tiddeciedi tista’ tghid kull applikazzjoni. Permezz ta’ l-emendi li dahlu fis-sehh mill-lum ser ikunu mwaqqfa zewg Kummissjonijiet li mhux ser jiddeterminaw l-istess tip ta’ applikazzjonijiet. Ghall-ewwel, wahda mill-Kummissjonijiet ser tidditermina t-talbiet ghar-rikonsiderazzjoni li tressqu qabel l-1 ta’ Novembru 2001 bil-ghan li tnaqqas kemm jista’ jkun l-ammont pendenti. Eventwalment iz-zewg Kummissjonijiet ser jibdew jiddeterminaw applikazzjonijiet ghal zvilupp.

Jitnehha l-vot sigriet

Tibdil iehor sinjifikanti li dahal fis-sehh illumhuwa li issa mhux ser jibqa` jigi accettat il-vot sigriet u meta Kummissjoni tiehu decizjoni kontra r-rakkomandazzjoni tad-Direttorat iridu jibdew jigu registrati r-ragunijiet.
Differiment – Decizjoni mhux iktar tard minn 3gimghat wara
Barra minn hekk meta decizjoni tigi diferita mill-Kummissjoniirid jigi zgurat li d-data l-gdida biex tigi deciza l-applikazzjoni ma tkunx iktar tard minn tlett gimghat wara l-laqgha meta l-applikazzjoni tkun diferita. Dawn il-mizuri huma mahsuba biex ihaffu l-process ta’ determinazzjoni, ikun hemm iktar accountability u konsistenza fid-decizjonijiet.

Rikonsiderazzjonijiet

Mill-1 ta’ Novembru, meta l-Awtorità tircievitalba ghal rikonsiderazzjoni ta’ decizjoni, id-Direttur irid ilesti risposta fi zmien 30 gurnata. Kull persuna li tkun ghamlet il-kummenti bil-miktub dwar l-applikazzjoni originali ghandu jigi infurmat b’din it-talba. It-twegiba tad-Direttur tintbaghat lill-applikant li ser ikollu zmien 30 gurnata biex iwiegeb. L-Awtorità imbaghad trid tiddetermina it-talba. B’hekk iz-zmien li fih ghandhom jigu decizi talbiet ghal rikonsiderazzjoni issa tnizzel ghal 12-il gimgha.
Dawn li dahlu fis-sehh illum huma biss ftit mill-emendili hemm fil-Ligi dwar l-Ippjanar ta’ l-Izvilupp. Dawn l-emendi ser jizguraw iktar efficjenza u iktar trasparenza fl-operat kollu ta’ l-Awtorità ta’ l-Ippjanar.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow