IL-MINISTRU TA’ L-INTERN DR TONIO BORG JIFTAH IL-MACHINERY AND TOOLS FAIR
pr1614
01/11/2001
| "In-numru ta’ nies li kull sena jweggghu fuq il-post tax-xoghol | taghhom, jissottolinea l-bzonn li l-haddiema li huma esposti ghal kull forma ta’ periklu jew dawk li juzaw makkinarju li jista’ jkun perikoluz, juzaw il-mezzi kollha bhal ilbies protettiv, juzaw il-kawtela u jzommu ambjent safe tal-post fejn jahdmu". |
| Dan qalu l-Ministru ta’ l-Intern, Dr Tonio Borg, | meta l-bierah inawgura t-22 edizzjoni tal-Machinery and Tools Fair fit-Trade Fair Grounds tan-Naxxar. |
| Il-Ministru Borg fisser li din fiera li tinteressa | lil hafna nies, kemm lill-pubbliku generali li huma dilettanti ta’ xoghol hafif ta’ kostruzzjoni u karpenterija, kif ukoll b’mod partikolari lill-industriji z-zghar. |
| Huwa fisser kif certu ghodod b’mod partikolari l-hekk | imsejha hand jew power tools huma parti importanti fil-hajja taghna ta’ kuljum. Dawn l-ghodod jghinuna biex naghmlu affarijiet li kieku jkunu difficli jew impossibbli taghmilhom. Madankollu dawn l-ghodod semplici jistghu ikunu perikoluzi u ghandhom il-potenzjal li jikkawzaw feriti gravi meta ma jintuzawx jew ma jinzammux kif suppost, spjega l-Ministru Borg. |
| "Huwa importanti," kompla, "li meta | wiehed jixtri bicca ghodda jitghallem juzaha sewwa. L-ghodda taf tkun arma perikoluza hafna f’idejn min ma jafx juzaha. Ghalhekk huwa importanti li wiehed jiffamiljarizza ruhhu sewwa ma’ l-uzu ta’ l-ghodod u l-makkinarju u jiehu l-mizuri protettivi kollha bhal ilbies protettiv li hafna Maltin ghad ghandhom l-uzanza hazina li ma juzawhx." |
| Il-Ministru Borg semma li f’dan ir-rigward Malta | ghandha l-ligi u legislazzjoni sussidjarja li jimponu obbligi fuq min ihaddem u l-haddiema nfushom li l-ghan taghhom huwa li jonqsu l-incidenti fuq il-postijiet kollha tax-xoghol. |
| Huwa qal li l-organu li jhaddem l-enforcement | tal-ligi huwa l-Occupational Health and Safety Unit li xoghlu hu li jinvestiga l-incidenti fuq il-postijiet tax-xoghol, l-evalwazzjoni tas-sahha tal-haddiema li jkunu esposti ghal riskji partikolari, kif ukoll jivvettja l-applikazzjonijiet ghal importazzjoni ta’ sustanzi partikolari. |
| Il-Ministru Borg awgura lis-sebghin esibitur li qed | jiehdu sehem f’din il-fiera u nnota bi pjacir li l-popolarità ta’ din il-fiera twassal li madwar 15,000 ruh izuruha kull sena. |
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN