Left arrow Go Back

Laqgha bejn Artigjani u mprendituri f’Tas-Sliema

pr1598
Date Icon 30/10/2001

Il-Pjan ta’ Hidma tal-Kunsill Malti ghall-Artigjanat huwa mahsub biex ighin fil-promozzjoni u l-apprezzament ta' l-artigjanat Malti. Irridu naraw li fi ftit zmien ikollna fis-suq ghazla aktar wiesgha ta’ prodotti fil-hwienet taghna bil-hsieb li nzidu il-bejgh ta’ prodotti ta' l-artigjanat u l-qliegh mill-hwienet li jbieghu prodotti ta' aktar valur mizjud kemm jekk ghat-turist kif ukoll ghas-suq lokali.

Fl-istagun turistiku tas-sajf li ghadu kemm ghadda, l-Kunsill Malti ghall-Artigjanat introduca fis-suq sistema ta’ certifikazzjoni ta’ genwinita' fuq prodotti manifatturati minn artigjani rregistrati mal-Kunsill. S’issa kienu mqassma mad-90,000 certifikat ta’ genwinita' lill-artigjani rregistrati sabiex jintuzaw ma’ prodotti manifatturati minnhom. L-ewwel indikazzjoni li rcieva l-Kunsill kienet li dawn ic-certifikati ta’ genwinita ghenu biex prodotti Maltin jinbieghu aktar. Tqassmu wkoll mal-170 certifikat lill-imprendituri rregistrati mall-Kunsill, li jindikaw li f’dak in-negozju partikolari jinsabu prodotti artigjanali ghall-bejgh. Rapport dwar kif marret din is-sistema qieghed fil-fatt isir mill-Small Business Unit. B’hekk mill-informazzjoni migbura, l-Kunsill Malti ghall-Artigjanat ikun fl-ahjar pozizzjoni li wara konsultazzjoni pubblika ma' dawk li wzaw din is-sistema jaraw kif din is-sistema tkun estiza u mtejjba.

Is-settur ta' l-artigjani u s-sidien tal-hwienet li jbieghu lit-turist huma fost l-izjed li jgawdu direttament mill-hidma tal-Ministeru tat-Turizmu. Il-Ministeru u l-Awtorita tat-Turizmu mpenjati f’hidma siewja biex ikomplu jressqu lejn Malta eluf ta’ turisti. L- artigjani kif ukoll s-sidien ta’ hwienet iridu jaraw li jiehdu sehem xieraq minn dan il-gid u jzidu l-bejgh lit-turist.

Biex inzidu l-bejgh ta’ prodotti artigjanali lit-turist u s-settur tal-hwienet imur ahjar, irid isir iktar. Xi drabi niffaccjaw prattici li ftit li xejn ighinu. It-tour operators kif ukoll il-gwidi daqskemm huma ta' ghajnuna jistghu jkunu ta’ tfixkil. Ghalhekk minkejja dawn ic-cirkustanzi rridu naraw kif nistghu nzidu l-bejgh mill-hwienet billi nkunu nnovattivi. Hekk il-hidma tal-Ministeru ghat-Turizmu tilhaq aktar l-ghanijiet taghha.

L-attivita’ ta' llum fiha nnifisha hija attivita’ nnovattiva. Din hi attivita’ organizzata mill-Kunsill mahsuba biex tlaqqa’ lil artigjani li ghandhom x’ibieghu ma’ mprendituri li jinteressahom ikunu jafu x’varjeta’ ta’ prodotti jistghu jixtru kif ukoll minghand min jistghu jixtru. Ninnota li din hija l-ewwel darba li qed tkun organizzata attivita' bhal din u ghandna ghalhekk x’nitghallmu izda nawgura li t-tajjeb ta’ din l-attivita' jkun ripetut f’attivitajiet ohra simili.

Bdejna bil-lokalita’ ta’ tas-Sliema ghaliex ovvjament hawn ghandek wahda mill-akbar komunitajiet bi hwienet li joffru prodotti ta’ valur ghall-bejgh lit-turist. ‘Il quddiem ser jigu organizzati attivitajiet bhal dawn f’komunitajiet ohra bil-ghan li nlaqqghu lil min jimmanifattura ma' min jixtri.

Il-Pjan ta’ Hidma tal-Kunsill ghandu objettivi cari li jridu jintlahqu bil-partecipazzjoni ta’ dawk kollha li huma rregistrati. Nittama li n-numru ta' dawk irregistrati jkompli jizdied biex ikollna aktar artigjani u mprendituri li jigwadanjaw mill-hidma kollettiva li qieghed iniehdi l-Kunsill Malti ghall-Artigjanat.

Nittama li din l-attivita' tkun ta’ ghajnuna ghal kull min qed jippartecipa u ghalhekk nitlob lill-Ministru tat-Turizmu, l-Onor. Dr. Michael Refalo biex jinawgura din l-attivita'.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow