Left arrow Mur Lura

Imniedi Survey dwar l- e-Government

pr1597
Date Icon 30/10/2001

"Ghal-ewwel darba sistema tal-Gvern ser tinbena totalment fuq dak li jrid ic-cittadin u mhux fuq l-ezigenzi dipartimentali tal-Gvern." Dan qalu l-Ministru tal-Gustizzja u Gvern Lokali Austin Gatt, waqt it-tnedija ta’ survey li ghandu jkun rifless fil-mod kif ser jigi organizzat il-portal u s-servizzi elettronici li ser jipprovdi l-Gvern.

Il-Ministru Gatt ghal darb’ohra rrefera ghall-eGovernment bhala pass importanti fl-izvilupp ta’ l-amministrazzjoni pubblika. Huwa fakkar kif din is-sena kienet wahda ta’ hidma f’dik li hija infrastruttura, policy u standards, "hidma essenzjali ghall-implimentazzjoni tal-process tal- e-Government".

Dr. Gatt irrefera ghax-xhur li gejjin bhala xhur li fihom ghandu jibda l-process tal-provediment tas-servizzi. Dawn is-servizzi jridu jkunu jintuzaw mill-pubbliku u ghalhekk ser isir l-istharrig fost il-pubbliku, biex l-opinjoni tal-pubbliku tkun riflessa fis-servizzi provduti.

Il-Ministru ddeskriva is-survey (li ser isir minn MISCO u KPMG) bhala wiehed vast u estensiv. Fil-fatt dan is-survey ser isir fost elf ruh u jkopri ghadd ta’ oqsma fosthom :

  • Kif il-pubbliku jhares lejn is-servizzi tal-Gvern fil-prezent,
  • Kemm persuni juzaw il-komputer u l-Internet,
  • X’ostakli wiehed jipprevedi li jistgha jkun hemm fl-uzu ta’ dawn is-servizzi,
  • X’mezzi il-pubbliku jjippreferi li juza biex jiehu servizz minghand il-gvern.
  • X’qed jippretendu minn Gvern Elettroniku? u
  • Kif dan is-servizz ghandu jigi provdut lilhom

Il-metodolgija uzata f’din il-fazi ser tkun face-to-face interview. Eventwalment ir-rizultati ta’ dan is-survey, li ser jithabbru nhar it-18 ta’ Dicembru, ser iservu ta’ bazi ghall-focus groups, process ta’ konsultazzjoni u analizi, iktar dettaljat.

Dr. Gatt sahaq li dan l-ezercizzju jikkonferma kemm il-Gvern qed ipoggi lill-klijent bhala c-centru tal-politika u l-hidma tieghu.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow