Left arrow Mur Lura

MEMBRI TAL-KUMITAT TA’ L-ASSOCJAZZJONI TAL-MEMBRI TAL-GUDIKATURA JILTAQGHU MAL-PRESIDENT TA’ MALTA

pr1590
Date Icon 30/10/2001
Il-President ta’ Malta, l-E.T. il-Prof. Guido de Marco il-bierahiltaqa’ ma’ membri tal-Kumitat ta’ l-Assocjazzjoni tal-Membri tal-Gudikatura, fil-Palazz Presidenzjali, il-Belt.
L-Imhallef Joseph Filletti tkellem ghan-nomtal-President ta’ l-Assocjazjoni, l-Imhallef Lino Agius, li ma setax ikun prezenti in konnessjoni ma’ impenji internazzjonali li se jassumi. L-Imhallef Filletti qal li l-Assocjazzjoni hadet iz-zmien biex tifforma ruhha u tohrog bi statut. F’pajjizi ohra, jezistu assocjazzjonijiet simili. Huwa kompla jghid li l-Prim Imhallef huwa l-interlokutur principali ta’ l-Imhalfin u l-Magistrati ma’ l-awtoritajiet. Imma jezistu areas ta’ kompetenza separata bejn magistrati u mhalfin. Din l-Assocjazzjoni trid ukoll torganizza laqghat biex izzomm il-membri taghha au courant ta’ l-izviluppi fil-kamp gudizzjarju.
L-Imhallef Filletti pprezenta lill-President kopja ta’l-Istatut Informali ffirmat mill-maggoranza ta’ l-imhalfin u l-magistrati. Huwa qal li l-membri ta’ l-Assocjazzjoni jaderixxu fuq bazi volontarja. L-Imhallef Filletti kien akkumpanjat mill-Imhallef Joseph R. Micallef, mill-Magistrat Michael Mallia, u mill-Magistrat Consuelo Scerri Herrera
Il-President Guido de Marco ferah lill-Imhallef LinoAgius ghan-nomina tieghu ta’ Imhallef fit-Tribunal Internazzjonali f’The Hague. Il-President jemmen li dan ikompli izid il-prestigju tal-gudikatura Maltija.
Il-President semma’ l-indipendenza tal-gudikatura uli din ghandha tigi kkonsiderata mhux tant bhala privilegg ta’ l-imhalfin u l-magistrati, izda bhala privilegg tal-poplu Malti. L-indipendenza tal-gudikatura tfisser ghall-poplu Malti garanzija li meta jidher quddiem qorti jaf li min se jiggudikah huwa bniedem imparzjali, bla ebda affiljazzjoni jew interessi mohbija. Ghall-gudikanti, l-indipendenza taghhom hija piz, mhux privilegg.
Il-President kompla jghid li l-gudikanti gieli jsiburuhhom ikkritikati. Il-kritika hija parti mill-process tad-demokrazija, imma din ghandha ssir fil-limiti permessi mil-ligi. Tezisti responsabilita’ fuq min jikkritika u fuq min jigi kkritikat. Il-gudikanti ghandhom l-ewwel responsabilita’ li jharsu u jibzghu ghall-prestigju tal-gudikatura. Mill-banda l-ohra, min irid jikkritika xi membru partikolari tal-gudikatura, m’ghandux jiggeneralizza u jixhet kliem ta’ hsara fuq il-gudikatura kollha.
Il-President imbaghad irrifera ghall-Kodici ta’Etika ghall-Gudikanti, kif imnieghed mill-Kummissjoni ghall-Amministrazzjoni tal-Gustizzja. Dan mhux kodici statiku, imma qieghed hemm biex jirregola l-imgieba tal-gudikanti u jipprovdilhom gwida f’kuntest ta’ socjeta’ dinamika. Hija responsabilita’ tal-Kummissjoni biex tinterpreta dan il-Kodici.
Fi hdan il-Kummissjoni tezisti maggoranza strutturatali tiffavorixxi lill-gudikanti. Il-Kummissjoni hija mmexxija mill-President tar-Repubblika li ghandu biss il-casting vote. Il-membri l-ohra huma l-Prim Imhallef, zewg imhalfin, u zewg magistrati - kull wiehed minnhom bil-vot; l-Avukat Generali, il-President tal-Kamra ta’ l-Avukati, membru nominat mill-Kap ta’ l-Oppozizzjoni, u membru nominat mill-Prim Ministru, li lkoll ghandhom vot kull wiehed. Dan ifisser li l-gudikanti membri tal-Kummissjoni ghandhom hamsa minn disgha voti; din taghti lilhom maggoranza strutturata fi hdan il-Kummissjoni, u kulhadd jemmen li din il-maggoranza strutturata m’ghandhiex tigi mittiefsa.
Il-Prof. de Marco rrifera ghall-fatt li l-gudikaturahija fattur determinanti kemm f’demokrazija u ghac-civilta’ tal-pajjiz. Il-President sahaq li l-gustizzja mhux biss trid issir, izda trid tidher li qed issir.
Il-President ghalaq l-intervent tieghu billi qal li l-poplu Maltihuwa marbut mal-gudikatura. Huwa qal li l-gudikatura trid tibza’ ghall-istatura taghha fil-pajjiz u fakkar il-figura ta’ l-Imhallef Montanaro Gauci li fi zmien il-Gwerra ddefenda cittadini Maltin li kienu se jigu eziljati; huwa ddefendihom b’kuragg kontra abbuz ta’ l-ezekuttiv. Il-President temm jghid li l-gudikatura trid thares it-tradizzjoni li wirtet mill-imhalfin u l-magistrati ta’ qabilhom, u thares ’l quddiem b’konvinzjoni fil-missjoni difficli taghha li taghti gustizzja.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow