IT-TIELET SENA TA' HIDMA TAL-GVERN: "INSAHHU PAJJIZNA" - MINISTERU GHALL-POLITIKA SOCJALI
Matul dawn l-ahhar tnax il-xahar il-Ministeru ghall-Politika Socjali hadem fuq soluzzjonijiet konkreti u komprensivi sabiex it-tessut socjali ta’ pajjizna jkompli jitjieb. Dan sar permezz ta’ strategija mahsuba u ppjanata u li ffokat kemm fuq it-tnedija ta’ ligijiet godda f’diversi setturi, kif wkoll permezz tal-holqien ta’ programmi u skemi li permezz taghhom il-Gvern qed jersaq aktar vicin il-bzonnijiet reali ta’ dawk li jinsabu fil-bzonn.
Minn 46-il wieghda elettorali li ghandhom x’jaqsmu ma’ dan il-Ministeru, f’dawn it-tlett snin hdimna fuq 78% taghhom. 47% tal-wieghdiet tal-Gvern fil-qasam tal-Politika Socjali jew twettqu jew inkella jinsabu f’fazi avvanzata ta’ tlestija, filwaqt li 21% ohrajn tal-weghdiet elettorali jinsabu f’nofs l-implimentazzjoni taghhom. Dan ifisser li dan il-Gvern qed izomm kellmtu u qed iwettaq dak li wieghed sabiex verament igib il-gid, il-fiducja u d-direzzjoni f’pajjizna.
Dan kollu seta jsir ghaliex il-Ministeru ghazel illi jisma u jaghti kaz il-bzonnijiet tac-cittadin filwaqt li jhejji studji xjentifici sabiex jiggwidawh fit-tfassil tal-politika u t-tehid tad-decizjonijiet li jkun hemm bzonn.
Biex il-Gvern itejjeb it-tessut socjali f’pajjizna hemm bzonn li jirriforma mill-qiegh nett il-qafas legislativ. Minn hdax-il ligi gdida li pproponejna, illum gew approvati zewg ligijiet importantissimi, dik li tirrigwarda t-twaqqaf tal-Kunsill Malti ghall-Izvilupp Ekonomiku u Socjali u dik li twaqqaf l-Awtorità ghas-Sahha u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xoghol. Wara hamsin sena ta’ stennija tlesta l-abbozz ta’ ligi dwar ir-Relazzjonijiet ta’ l-Impjieg li ser jiehu post ic-CERA. Dan l-abbozz flimkien ma’ l-emendi fuq il-Ligi dwar ir-Relazzjonijiet Industrijali ser tigi ppublikata f’forma ta’ White Paper fil-granet li gejjin.
Bdiet issehh wkoll ir-riforma amministrattiva fil-qasam tas-servizzi ta’ appogg socjali. Id-Dipartiment ghall-Harsien tal-Familja qed jassumi r-rwol ta’ regolatur filwaqt li l-Agenzija Appogg hadet fuqha r-responsabbiltà ghall-holqien u l-ghoti ta’ servizzi t’appogg. Dan ukoll fl-isfond tat-tibdil amministrattiv necessarju f’dak li jirrigwarda proposti legislattivi godda dwar it-tfal f’pajjizna.
Madankollu matul dawn it-tnax-il xahar gew mahluqa hamsa u ghoxrin servizz gdid li jvarjaw minn programmi ta’ appogg socjali, ghall-skemi ta’ ghajnuna finanzjarja u programmi ta’ tahrig u kisba ta’ hiliet, flimkien ma’ servizzi residenzjali ghall-persuni b’dizabilità u dawk ghall-Anzjani. Dawn huma:
- Servizz ta’ hidma socjali ghat-Tfal u l-Familja;
- Programm ghal zghazagh li ghandhom problemi ta’ mgieba (‘Formula One’)
- Programm ghal familji li qed jaffaccjaw problemi ta’ tqala;
- Programm t’appogg ghal familji li ghandhom diffikultajiet fit-trobbija;
- Beneficcju Socjali ghat-Tfal li jinsabu taht Kura (Foster Care) jew gewwa istituzzjoniji;
- Servizz Residenzjali ta’ kenn ghal vittmi ta’ Vjolenza Domestika;
- Servizz ta’ hidma socjali fil-Qrati;
- Skema ta’ rrangar ta’ akkomodazzjoni permezz ta’ hidma socjali;
- Skemi ta’ ghajnuna lil persuni bi problemi partikolari ta’ akkomodazzjoni;
- Servizz ta’ hidma socjali ghal servizzi fil-komunita’ ghall-anzjani;
- Bidu ta’ progett ta’ ghajxien Issapportjat ghal persuni b’dizabilità;
- Skemi ta’ ghajnuna finanzjarja ghal ghaqdiet volontarju fil-provizjoni ta’ kenn ghal min jinsab bla dar;
- Hrug ta’ djar tal-Gvern ghal xiri b’sussidju;
- Zewg Centri ghal matul il-Jum gewwa Hal-Luqa u San Pawl il-Bahar;
- Skema biex jinstab ix-xoghol ghaz-zghazagh (Job Start Youth Initiative);
- Skema ghall-akkwist ta’ ezperjenza fuq il-lant tax-xoghol ghaz-zghazagh (Job Experience Scheme);
- Skema ta’ ghajnuna edukattiva ghaz-zghazagh wara s-sekondarja (Basic Employment Passport);
- Skema ta’ assistenza personali ghat-tiftix ta’ mpjieg ghaz-zghazagh (Youth Outreach Programme);
- Skema ghal xoghol fil-komunità ghal dawk ta’ ‘l fuq minn erbghin sena (Community Work Scheme);
- Skema ta’ akkwist ta’ xoghol ghal dawk ta’ ‘l fuq minn erbghin sena u jinsabu bla xoghol (Employment Training Placement Scheme);
- Incentiv specjali ghal Tahrig;
- Programm ta’ Litterizmu ghall-Adulti;
- Programm ta’ akkwist ta’ hiliet ghal nisa li nqatghu mis-suq tax-xoghol;
- Tfassil ta’ programm ta’ ghajnuna fl-akkwist ta’ mpjieg ghall-persuni b’dizabilità;
- Skema ta’ xoghol stagjonli ghall-haddiema Ghawdxin;
Dan minbarra s-servizzi u l-facilitajiet digà ezistenti u li qed jigu kontinwament ikkonsolidati u raffinati. Fosthom hemm is-servizzi fil-qasam tad-droga u l-alkohol, li matul din is-sena gew studjati minn konsulent barrani. Ir-rizultat ta’ dan l-istudju ser jintrabat ma’ studju iehor, li huwa l-ewwel minn tat-tip tieghu li qed isir f’Malta u li mistenni jaghti stampa cara u reali tas-sitwazzjoni fil-gzejjer taghna, filwaqt li jkompli jghin fit-tfassil ta’ programmi aktar specjalizzati.
Ir-rizultati li qieghdin nakkwistaw jinkoragguna biex inkomplu nwettqu l-politika taghna. Fost dawn ir-rizultati posittivi, hemm il-fatt li l-qasam tax-xoghol baqa miexi ’l quddiem waqt li qed issir ristrutturazzjoni qawwija fis-setturi kollha taghna. Il-Gvern hu determinat li jkompli jinvesti dak li hemm bzonn biex il-haddiema taghna jkunu mharrga u ppreparati ghat-tibdil li qieghed isehh.
Ic-cifri ppubblikati mill-Ufficcju Centrali ta’ l-Istatistika wara revizjoni li ghamlet il-Korporazzjoni tax-Xoghol u Tahrig, igibu fid-deher is-success li l-Gvern kiseb fil-qasam tax-xoghol. Fil-fatt, matul l-ewwel sentejn gew mahluqa 3093 impjieg filwaqt li fis-sentejn ta’ 1996-1998, l-impjiegi full-time naqsu b’ 171. Dan ikompli jissahhah bil-fatt li matul l-istess perjodu, bejn l-1996 u l-1998, il-qghad zdied bi 11.8%, filwaqt li fl-ewwel sentejn ta’ dan il-Gvern r-rata tal-qghad naqset b’9%. Dan l-izvilupp posittiv kompla matul it-tielet sena ta’ hidma ta’ dan il-Gvern. Sa x-xahar ta’ Lulju ta’ din is-sena, ir-rata tal-qghad nizlet bi 13.5% minn Settembru ta’ l-1998. Naturalment, qieghdin insegwu mill-qrib dak li qieghed isehh bhalissa biex naraw jekk il-qaghda internazzjonali jkolliex impatt fuq ix-xoghol f’pajjizna.
Anki fil-qasam tas-settur privat, li huwa l-makna ta’ l-ekonomija, saru successi kbar. Ic-cifri li gew ppubblikati juru li s-settur privat holoq 4,365 impjieg matul l-ewwel sentejn ta’ dan il-Gvern, tlett darbiet aktar minn dak li nholoq bejn l-1996 u l-1998. Anki l-qasam tal-kostruzzjoni kompla jespandi bi kwazi 700 impjieg, dan meta’ fi zmien il-Gvern Laburista l-impjiegi f’dan is-settur naqsu bi kwazi 600.
Ic-cifri ta’ l-istatistika ta’ din is-sena li gew ippubblikati, juru li anki jekk l-ekonomija Maltija ghaddejja minn process qawwi ta’ ristrutturar, flimkien ma’ ghadd ta’ fatturi ohrajn kagun ta’ konsegwenzi negattivi fl-ekonomija globali, xorta wahda matul l-ewwel seba xhur ta’ din is-sena, l-ekonomija Maltija iggenerat 932 impjieg filwaqt li l-qghad nizel b’500 jew bi kwazi 7% ghal 4.7% tal-Labour Supply.
Matul din is-sena twaqqfu ghadd ta’ strutturi sabiex jghinu lill-Ministeru fit-tfassil tal-politika tieghu, filwaqt li saru diversi programmi ta’ tahrig kemm ghall-impjegati tal-Ministeru, kif wkoll ghall-haddiema tas-Servizz Pubbliku, l-aktar f’dak li ghandu x’jaqsam mal-politika tal-Gender Mainstreaming.
Fejn tidhol il-mixja ta’ pajjizna lejn shubija shiha fl-Unjoni Ewropea, matul dawn it-tnax-il xahar infetah ukoll ghan-negozjati l-kapitlu li jirrigwarda l-politika socjali. Fejn jidhol il-moviment hieles tal-haddiema, Malta rnexxielha takkwista perjodu ta’ transizzjoni ta’ seba’ snin sabiex tkun tista’ thares b’mod effettiv l-impjiegi tal-haddiema Maltin.
Dan kollu hu frott tat-tielet sena ta’ hidma fil-Ministeru ghall-Politika Socjali, sena kkaraterizzata minn politika li thares ’l quddiem u mhux thares lura; politika li hi mifruxa fuq id-dikasteri kollha tal-Gvern bil-ghan li tohloq patt socjali gdid ghas-socjetà Maltija, patt mibni fuq il-valur u d-dinjità ta’ kull persuna b’enfasi specjali lejn dawk li l-aktar huma batuti – politika li l-ghan taghha huwa t-tishih ta’ socjetà ghal kulhadd.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN