Left arrow Mur Lura

MA NSTABUX TRACCI TA' SUSTANZI LI JISTGHU JAGHMLU HSARA LIS-SAHHA TAL-BNIEDEM

pr1566
Date Icon 25/10/2001

Id-Direttur Generali tad-Divizjoni tas-Sahha u d-Direttur tal-Protezzjoni Civili jinfurmaw lill-pubbliku li wara li saru t-testijiet mehtiega fuq oggetti elevati mic-Centri tal-Posta tal-Belt, Hal Balzan, Rahal Gdid u mill-istabbilimenti tas-Super One Television u f'Regency House il-Belt, irrizulta li ma kienx hemm tracci ta' sustanzi li jaghmlu hsara lis-sahha f'dawn l-oggetti. Ghalhekk dawn il-postijiet jistghu jergghu jinfethu ghall-pubbliku.

Id-Dipartiment tas-Sahha jinforma lil dawk kollha li b'konnessjoni ma' dawn il-postijiet inghataw medicina bhala prekawzjoni, li m'ghandhomx ghalfejn ikomplu jiehdu din il-medicina.

Dan ma japplikax ghal dawk li kienu konnessi ma' postijiet mhux imsemmija iktar 'il fuq u li ghalhekk dawn ghandhom jibqghu jiehdu dawn il-medicini sakemm johrog avviz iehor.

Iz-zewg Diretturi jiddeploraw l-agir irresponsabbli ta' kull min kien involut f'din ic-cajta li holqot tensjoni bla bzonn fuq il-pubbliku in generali.

Apparti dan il-fatt, dan l-att ikkawza hidma bla waqfien minn Membri tas-Sahha Pubblika kif ukoll tal-Protezzjoni Civili, liema hin seta' jigi ddedikat ghal xoghol iktar mehtieg. Fl-istess hin, intefqu eluf ta' Liri bla bzonn sabiex isiru l-accertamenti necessarji.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow