Left arrow Mur Lura

ZJARA LIL METCO - IMHABBRA INIZJATTIVI GODDA B'RIZQ L-INTRAPRIZI TA' DAQS ZGHIR U MEDJU

pr1565
Date Icon 25/10/2001

Illum thabbru zewg inizjattivi li ghandhom l-ghan ewlieni li jincetivaw l-uzu ta' l-informatika fost is-settur kummercjali. Dawn l-inizjattivi: l-Malta Trade Zone, u l-Malta Business Network, qed jittiehdu bi shab bejn l-Kummissjoni eMalta u l-METCO. Dawn l-inizjattivi tnedew illum mill-Ministru tal-Gustizzja u Gvern Lokali, Austin Gatt, meta ghamel zjara lill-METCO.

Il-Ministru Gatt fahhar lill-METCO, li kienu proprju wahda mill-ewwel organizzazzjonijiet li bdiet taghraf il-potenzjal ta' l-elettronika. Il-Ministru Gatt qal li l-Kummissjoni eMalta twaqqfet bil-ghan li flimkien ma' haddiehor, jittiehdu inizjattivi b'risq it-tixrid ta' l-informatika fis-socjetà Maltija. Dr. Gatt tenna ghal darb'ohra li r-rwol tal-Kummissjoni huwa wiehed ta' konvergenza ta' inizjattivi. Dan ir-rwol iwassal biex il-Gvern jahdem flimkien ma' entitajiet ohra, kemm pubblici kif ukoll privati.

Dr. Gatt sostna li huwa importanti li fl-inizjattivi li qed jittiehdu ngharrfu il-kapacitajiet li ghandhom organizzazjonijiet bhal METCO, u nibnu fuqhom. Minghajr dubju l-METCO minn dejjem kienet minn ta' quddiem biex tippromwovi kuncetti innovattivi fost il-komunita' kummercjali.

L-inizjattiva MALTA TRADE ZONE, ghandha l-ghan li tintroduci l-kuncett ta' kummerc elettroniku lill-intraprizi zghar u ta' daqs medju.

L-inizjattiva l-ohra - Malta Business Network - hija intenzjonata li tippromwovi l-kumpaniji Maltin fuq website wahda u l-industrija maltija tigi promossa b'mod shih.

Dr. Gatt qal li dawn l-inizjattivi ghandhom jesponu lill-intraprizi Maltin ghall-orizzonti godda. Huwa temm id-diskors tieghu jenfasizza fuq il-htiega li l-intraprizi ta' daqs zghir u medju u l-imprendituri Maltin jaghrfu l-importanza u l-opportunitajiet li toffri t-teknologija biex itejjeb il-pozizzjoni taghhom fis-suq lokali.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow