Left arrow Mur Lura

ASSESSJAR TAL-ĦTIĠIJIET TAS-SAĦĦA FIL-KOMUNITÀ

pr1561
Date Icon 25/10/2001

L-assessjar tal-ħtiġijiet tas-saħħa hi għodda b'saħħitha li tagħti evidenza tal-bżonnijiet għall-ħarsien u għall-kura tas-saħħa. Dan l-assessjar għandu jkun il-pedament li fuqu tkun imsejsa l-ħidma kollha tal-professjonisti, tal-politiċi u ta' kull persuna li xogħlha hu mmirat lejn il-kisba ta' stat aħjar għan-nies madwar id-dinja kollha. Dan qalu il-Ministru tas-Saħħa, Louis Deguara meta kien qiegħed jiftaħ konferenza ta' jum, organizzata mid-Dipartiment tal-Kura Primarja bis-suġġett "Assessjar tal-Ħtiġijiet tas-Saħħa fil-Komunità".

Il-Ministru tas-Saħħa faħħar l-inizjattiva tad-Dipartiment tal-Kura Primarja li qed jorganizza konferenza biex dawk kollha li joffru xi servizz fil-kura primarja jassessjaw il-ħtiġijiet tas-saħħa fil-komunità. Konferenza bħal din hija indispensabbli għax matulha dawk li jipprovdu s-servizz f'dan il-qasam jistgħu iħalltu u jaqsmu l-esperjenzi tagħhom dwar il-ħtiġijiet tas-saħħa. Dan il-mod korporattiv li jlaqqa` flimkien l-ikbar numru possibli ta' dawk involuti f' dan is-settur għandu jipprovdi informazzjoni mill-iżjed wiesgħa li tgħin lill dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet f' dan is-settur tas-saħħa. Il-konferenza hija biss bidu ta' proċess li għandu jwassal biex id-deċiżjonijiet ta' policies jiġu meħuda fuq evidenza mhux fuq impressjonijiet. Dan aktar jagħmel sens illum meta id-domanda għal iżjed servizzi qed tiżdied u r-riżorsi huma limitati kompla jgħid il-Ministru.

Il-professjonisti fil-qasam tas-saħħa li jaħdmu fil-komunità, sew jekk jaħdmu fis-settur privat kemm jekk jaħdmu f'dak pubbliku, qegħdin il-ħin kollu jassessjaw il-ħtiġijiet individwali ta' kull klient. Qegħdin f'pożizzjoni li sikwit ikollhom iċ-ċans jagħmlu stima ħolistika tal-ħtiġijiet mediċi tal-pazjent speċjalment waqt visti fid-djar fejn l-element soċjali hu visibbli għall-aħħar. Dawn il-professjonisti huma f'pożizzjoni ideali li jifmhu l-profil ta' saħħet il-pazjent fil-kuntest tal-kundizjonijiet fiżiċi, psikoloġiċi u soċjali li jgħix fihom.

Il-Gvern jemmen li l-kura primarja hi l-kolonna ċentrali mhux biss biex nidentifikaw il-ħtiġijiet fis-saħħa, iżda ukoll biex nipprovdu għal dawn il-ħtiġijiet b'mod ħolistiku. Għalhekk ninsabu fi proċess ambizzjuz biex nirridefinixxu l-irwol tas-servizzi mogħtija mit-tobba tal-familja biex niżguraw li l-ħtiġijiet tas-saħħa fil-komunità jkunu aħjar u iżjed effettivi milli huma llum temm jgħid il-Ministru.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow