IL-PRIM MINISTRU FI ŻJARA UFFIĊJALI FIT-TUNEŻIJA
Il-Prim Ministru, Eddie Fenech Adami, illum ħalla Malta għal żjara uffiċjali fit-Tuneżija, fejn se jkollu laqgħa mal-President Tuneżin, Zine El Abidine Ben Ali.
Il-Prim Ministru se jkollu wkoll żewġ laqgħat u taħditiet mal-Prim Ministru Tuneżin, Mohammed Ghannouchi. F'dawn il-laqgħat mistennija jiġu diskussi r-relazzjonijiet bilaterali bejn iż-żewġ pajjiżi.
Il-Prim Ministru jinsab akkumpanjat mill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi Josef Bonnici, mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi, Paul Zahra; mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin, Gaetan Naudi; mill-Ambaxxatur ta' Malta għat-Tuneżija, Mario Costa; u mid-Direttur ta' l-Affarijiet Bilaterali fil-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin, Cecilia Attard Pirotta.
Il-Prim Ministru mistenni lura Malta nhar il-Ġimgħa, 26 ta' Ottubru.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN